EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0001

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 209, 9.8.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/1(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 1/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat 2006/130/KE ta' l-10 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE li tistabbilixxi l-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jiġu identifikati r-residwi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/117/KE tat-3 ta' Frar 2001 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE rigward il-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/214/KE tas-7 ta' Marzu 2006 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta' żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda jew iktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE tal-5 ta' April 2006 li temenda id-Deċiżjoni 2000/453/KE rigward l-Iżvezja u r-Renju Unit (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32006 D 0117: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/117/KE tat-3 ta' Frar 2006 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 66 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32006 D 0214: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/214/KE tas-7 ta' Marzu 2006 (ĠU L 80, 17.3.2006, p. 46).”

3.

Dan li ġej għandu jiddaħħal f'punt 79 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE) fil-Parti 4.2:

“, kif emendat b’li ġej:

32006 D 0272: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE tal-5 ta’ April 2006 (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE) fil-Parti 6.2:

“—

32006 D 0130: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/130/KE ta' l-10 ta' Frar 2006 (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2006/130/KE, 2006/117/KE, 2006/214/KE u 2006/272/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 53, 23.2.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 80, 17.3.2006, p. 46.

(5)  ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Top