Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32007R0567

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2007 ta’ l- 24 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili

    ĠU L 133, 25.5.2007, lk 13—14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 30/07/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/567/oj

    25.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 133/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 567/2007

    ta’ l-24 ta’ Mejju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 (2) jipprevedi l-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multiannwali, ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u tal-vitella.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli mmaniġġjati permezz ta' sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (3), japplika għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, mill-1 ta’ Lulju 2007, għal-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 297/2003, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dak ir-Regolament. Jeħtieġ li, kulfejn dan ikun f'loku, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 297/2003 jinġiebu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    (3)

    Uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 297/2003 rigward perjodu fl-imgħoddi tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni, m'għadhomx jgħoddu. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, għandu jitħassar il-paragrafu (2).

    (2)

    L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1445/95, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2003 (*) għandhom japplikaw ħlief fejn hemm previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

    (*)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

    (3)

    Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jagħtu lok għal obbligu ta' importazzjoni minn pajjiżi speċifiċi. Is-Sezzjoni 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini u l-kaxxa li tindika l-kelma ‘iva’ għandha tkun immarkata b'salib.”

    (4)

    Fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-oriġinal taċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità u kopja tiegħu ċċertifikata kif xieraq għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-awtorità kompetenti’) fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni inizjali għal liċenzja ta' l-importazzjoni konnessa maċ-ċertifikat ta' l-awtentiċità.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).

    (3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


    Üles