EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0553

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/2007 tat- 22 Mejju 2007 li jemenda għas-77 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

ĠU L 131, 23.5.2007, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/553/oj

23.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 131/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 553/2007

tat-22 Mejju 2007

li jemenda għas-77 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2)

Fil-11 ta’ Mejju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2007 (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 27).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

“Abd al-Hadi al-Iraqi (magħruf ukoll bħala Abu Abdallah, Abdal Al-Hadi Al-Iraqi)” taħt it-titlu “Persuni naturali” għandu jiġi sostitwit bi:

“Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (alias (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għoli ta' Al-Qaida.”

(2)

“Idris Ahmed Nasreddin (alias (a) Nasreddin, Ahmad I.; (b) Nasreddin, Hadj Ahmed; (c) Nasreddine, Ahmed Idriss; (d) Ahmed Idris Nasreddin). Indirizz: (a) Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja, (b) Piazzale Biancamano, Milan, l-Italja, (c) Rue De Cap Spartel, Tanġier, il-Marokk, (d) No 10, Rmilat, Villa Nasreddin f'Tanġier, il-Marokk. Data tat-twelid: 22.11.1929. Post tat-twelid: Adi Ugri, Etjopja (issa l-Eritrea). Nazzjonalità: Taljana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' l-Identità Taljana AG 2028062 (Data ta' l-Iskadenza 7.9.2005); Nru tal-karta ta' l-identità barranija: K 5249. Kodiċi Fiskali Taljana: NSRDRS29S22Z315Y. Informazzjoni oħra: Fl-1994, is-Sur. Nasreddin ħalla r-residenza tiegħu f'1 via delle Scuole, 6900 Lugano, l-Iżvizzera u mar joqgħod il-Marokk.” Taħt it-titlu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita minn:

“Ahmed Idris Nasreddin (alias (a) Nasreddin, Ahmad I.; (b) Nasreddin, Hadj Ahmed; (c) Nasreddine, Ahmed Idriss; (d) Idris Ahmed Nasreddin). Indirizz: (a) Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja, (b) Piazzale Biancamano, Milan, l-Italja, (c) 10, Rue De Cap Spartel, Tangier, il-Marokk, (d) Nru 10, Rmilat, Villa Nasreddin f'Tanġier, il-Marokk, (e) Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 22.11.1929. Post tat-twelid: Adi Ugri, Etjopja (issa l-Eritrea). Nazzjonalità: Taljana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' l-Identità Taljana AG 2028062 (Data ta' l-Iskadenza 7.9.2005); Nru tal-karta ta' l-identità barranija: K 5249. Kodiċi Fiskali Taljana: NSRDRS29S22Z315Y. Informazzjoni oħra: (a) Fl-1994, is-Sur. Nasreddin ħalla r-residenza tiegħu f1 via delle Scuole, 6900 Lugano, l-Iżvizzera u mar joqgħod il-Marokk. (b) President tal-Miga-Malaysian Swiss, Gulf and African Chamber.”

(3)

“MIGA-MALAYSIAN SWISS, GULF AND AFRICAN CHAMBER, (ta' sikwit magħrufa bħala GULF OFFICE ASSOC. PER LO SVILUPPO COMM. IND. E TURIS. FRA GLI STATI ARABI DEL GOLFO E LA SVIZZERA); Via Maggio 21, 6900 Lugano TI, l-Iżvizzera”taħt it-titlu “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandha tiġi sostitwita minn:

“MIGA-MALAYSIAN SWISS, GULF AND AFRICAN CHAMBER (qabel magħrufa bħala GULF OFFICE ASSOC. PER LO SVILUPPO COMM. IND. E TURIS. FRA GLI STATI ARABI DEL GOLFO E LA SVIZZERA). Indirizz: Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera Informazzjoni oħra: Il-President ta' MIGA huwa Ahmed Idris Nasreddin.”


Top