EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_340_R_0118_01

2006/841/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 118–122 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

(2006/841/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)

(f'EUR 1000)

 

2004

2003

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

17 600

18 100

Donaturi oħra

800

523

Dħul mixxelanju

80

17

Dħul finanzjarju

Dħul totali (a)

18 480

18 640

Nefqa

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

11 122

10 771

Approprijazzjonijiet trasferiti

123

329

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

1 213

1 076

Approprijazzjonijiet trasferiti

247

310

Attivitajiet ta' l-operat — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

3 449

3 396

Approprijazzjonijiet trasferiti

1 168

1 087

Dħul assenjat

Pagamenti

260

237

Approprijazzjonijiet trasferiti

540

286

Nefqa totali (b)

18 122

17 492

Riżultat għas-sena finanzjarja (a - b)

358

1 148

Bilanċ mis-sena finanzjarja preċedenti

-1 318

-2 155

Approprijazzjonijiet trasferiti u kanċellati

204

375

Rimborżi lill-Kummissjoni

0

- 703

Differenzi fir-rata ta' kambju

- 4

17

Bilanċ għas-sena finanzjarja

- 759

-1 318

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ iqisu biss l-attivitajiet speċifiċi tal-Fondazzjoni: huma ma jinkludux programmi mmaniġġjati f'isem il-Kummissjoni.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

C.

billi fit-12 ta' April 2005 il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7), huwa innota inter alia li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet reġgħet ikkritikat lill-Fondazzjoni minħabba li ma rnexxiliex tippreżenta kif suppost fil-kontijiet tagħha n-nefqa relatata mal-programm Tempus u kienet qed tistenna li tkun infurmata b'mod sħiħ fir-rapport ta' attività annwali 2004 tal-Fondazzjoni dwar soluzzjoni, miftiehma mal-Kummissjoni, rigward il-preżentazzjoni korretta ta' din in-nefqa fil-kontijiet,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

B'diżappuntat jinnota li l-Fondazzjoni għadha ma solvietx il-problema rigward il-preżentazzjoni korretta fil-kontijiet tagħha tan-nefqa relatata mal-programm Tempus; jinnota li din il-problema ppersistiet minkejja l-kritiki ripetuti mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapporti annwali sa mill-1999, u li bħala konsegwenza, il-Qorti ta' l-Awdituri issa għamlet riżerva fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni; jinsisti li l-kontijiet tal-Fondazzjoni jirrispettaw il-prinċipji ta' unità u ta' eżattezza baġitarja;

8.

Jinsisti li l-Aġenzija għandha tikkonforma b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-pubblikazzjoni ta' baġit suddiviż f'artikoli u punti u li jinkludi pjan tal-persunal; madankollu ser iżomm f'moħħu l-kummenti ta' l-Aġenzija dwar l-ispiża sproporzjonata tal-pubblikazzjoni u ta' l-assigurazzjonijiet ta' trasparenza meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju;

9.

Jilqa' l-informazzjoni dettaljata pprovduta dwar l-iżvilupp ta' verifika interna mill-Fondazzjoni inkluża fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2004; jistenna b'ħerqa għal rapport dwar il-progress fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2005 u għar-rapport fil-qosor dwar verifiki interni fl-2005 kif inhu mitlub mill-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas 2343/2002;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum ta' xogħol;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 113.

(7)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 114.


Top