Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_340_R_0097_01

    2006/833/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

    ĠU L 340, 6.12.2006, p. 97–101 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    97


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-27 ta' April 2006

    dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

    (2006/833/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0099/2006),

    1.

    Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

    Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

    (f'EUR 1000)

     

    2004

    2003

    Dħul

    Sussidji tal-Komunità

    9 542

    11 641

    Sussidji oħrajn

    66

    66

    Dħul ieħor

    111

    157

    Dħul mill-Phare

    121

    824

    Dħul totali (a)

    9 840

    12 688

    Infiq

    Persunal – Titolu 1 tal-baġit

    Ħlasijiet

    3 379

    3 245

    Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

    60

    87

    L-amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

    Ħlasijiet

    966

    1 146

    Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

    248

    186

    Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit

    Ħlasijiet (6)

    2 426

    2 559

    Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

    2 549

    5 859

    Nefqa tal-Phare

    Ħlasijiet

    0

    548

    Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

    0

    502

    Nefqa totali (b)

    9 628

    14 131

    Riżultat għas-sena finanzjarja (c = a – b) (7)

    212

    -1 443

    Bilanċ mis-sena finanzjarja precedenti

    -1 987

    -1 108

    Approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja preċedenti li ġew ikkanċellati

    887

    766

    Somom mis-sena finanzjarja preċedenti u li ma ntużawx

    0

    1

    RO (Phare II)

    144

    0

    Ħlasijiet skond impenji kkanċellati fl-2002

    0

    - 191

    Differenzi tar-rati ta' kambju

    0

    4

    Ammont tal-Phare li jrid jintradd lill-Kummissjoni

    - 39

    0

    Entrati biex jemendaw

    3

    - 16

    Riżultat għas-sena finanzjarja qabel l-emendi ekonomiċi (d)

    - 779

    -1 987

    Dħul tal-baġit li jrid ikun irkuprat

    0

    850

    Dħul ieħor li jrid ikun irkuprat

    0

    3

    Xiri ta' assi fissi

    58

    207

    Deprezzament

    - 175

    - 186

    Stokk

    - 6

    0

    Rimi ta' Stokk ta' assi fissi

    - 91

    0

    Deprezzament

    88

    0

    Nefqa varja

    - 34

    - 1

    Emendi ekonomiċi (e)

    - 161

    873

    Bilanċ għas-sena finanzjarja (d+e)

    - 940

    -1 113

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004;

    3.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Josep BORRELL FONTELLES

    Is-Segretarju Ġenerali

    Julian PRIESTLEY


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 1.

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 23.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

    (6)  Din is-somma tinkludi ħlasijiet mill-approprjazzjonijiet li jridu jerġgħu jintużaw fl-2004 (18 573 euro).

    (7)  Kalkolu skond il-prinċipji ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 8).

    NB: Differenzi fit-totali huma minħabba l-effetti tat-tqarrib għall-eqreb figura.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0099/2006),

    A.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

    B.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

    1.

    ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

    2.

    Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

    3.

    Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

    4.

    Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

    5.

    Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

    6.

    Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

    7.

    Jilqa' l-fatt li kien hemm tnaqqis fil-fondi trasferiti għall-baġit li jmiss; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tkompli l-isforzi tagħha biex tnaqqas aktar il-fondi li jiġu trasferiti għall-baġit li jmiss;

    8.

    Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex twaqqaf kemm jista' jkun malajr, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju ġdid tagħha u tal-proċeduri ta' kontroll interni bbażati fuq l-analiżi tar-riskju;

    9.

    Jinsisti li l-Aġenzija tirrispetta r-regoli dwar it-tul ta' żmien tal-kuntratti qafas;

    10.

    Jistenna li fil-futur, l-Aġenzija tinkludi l-bilanċi negattivi fl-aħħar tas-sena u li temenda l-baġits għas-sena finanzjarja li jkun imiss;

    11.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar qrib possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

    12.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi l-koperazzjoni ssir aktar effettiva, billi tiġi evitata r-ripetizzjoni tax-xogħol u jiġu indirizzati nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità kollha, l-użu ta' sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija soda tal-baġit.


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 1.

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 23.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


    Top