Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja JOL_2006_340_R_0081_01

    2006/827/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

    ĠU L 340, 6.12.2006, s. 81—84 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    81


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-27 ta' April 2006

    dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

    (2006/827/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006),

    1.

    Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

    Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

    (f'EUR 1000)

     

    2004

    2003

    Dħul

    Sussidji Komunitarji

    5 675

    7 318

    Dħul ieħor

    421

    374

    Dħul varju

    35

     

    Dħul finanzjarju

    21

    1

    Dħul PHARE

    82

    676

    Dħul totali (a)

    6 234

    8 369

    Nefqa

    Persunal — Titolu I tal-baġit

    Ħlasijiet

    2 645

    2 618

    Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

    85

    64

    Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

    Ħlasijiet

    447

    412

    Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

    37

    51

    Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit

    Ħlasijiet

    2 352

    1 678

    Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

    745

    1 162

    Riċevuti maħruġa (Phare u oħrajn)

     

     

    Ħlasijiet

    7

    377

    Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

    0

    694

    Nefqa totali (b)

    6 318

    7 055

    Kwantità maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

    - 84

    1 334

    Bilanċ miġjub 'il quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

    98

    -1 579

    Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss u kanċellati

    241

    301

    Approprjazzjonijiet għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kinux użati

    0

    38

    Ammonti ta' djun maħfurin

    - 23

    0

    Differenzi tar-rata tal-kambju

    - 1

    5

    Rimborsi lill-Kummissjoni

     

    0

    Bilanċ għas-sena finanzjarja

    231

    98

    NB: It-totali jistgħu jinkludu differenzi minħabba t-tqarrib lejn l-eqreb figura.

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004;

    3.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Josep BORRELL FONTELLES

    Is-Segretarju Ġenerali

    Julian PRIESTLEY


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006),

    A.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

    B.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

    1.

    ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

    2.

    Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

    3.

    Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

    4.

    Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

    5.

    Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

    6.

    Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

    7.

    Jinnota bi pjaċir li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet kapaċi tikseb assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet li għaddew, meta meqjusa flimkien, huma legali u regolari;

    8.

    Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta' trasferimenti mħassrin, l-iżjed fit-titolu I (nefqa għall-persunal);

    9.

    Jinnota bi pjaċir li l-livell ta' trasferimenti naqas b'mod sinifikanti; jilqa' l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li ħa miżuri ulterjuri sabiex ikompli jnaqqas il-livell ta' trasferimenti; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex itejjeb il-mod kif isiru t-trasferimenti sabiex jevita l-persentaġġ għoli ta' approprazzjonijiet imħassrin;

    10.

    Għandu l-pjaċir jinnota l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li saru evalwazzjonijiet ta' riskju ta' standards ta' kontroll intern u li l-listi ta' verifika ex-ante ġew reveduti;

    11.

    Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet innutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fl-offerti u fl-għotjiet tal-kuntratti; iħeġġeġ liċ-Ċentru sabiex ittejjeb il-proċeduri kemm jista' jkun malajr sabiex tevita irregolaritajiet simili fil-futur;

    12.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

    13.

    Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iżjed effettiva, tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistema ta' mmaniġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit.


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


    Alkuun