EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_340_R_0040_01

2006/814/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 40–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/814/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0362/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-kredibilità tal-kontijiet u tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet rispettivi pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0114/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din-id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0362/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-kredibilità tal-kontijiet u tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet rispettivi pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0114/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (EESC) amministra baġit ta' EUR 103 000 000 b'rata ta' utilizzar ta' 88,56 % (2003: 98,12 %);

2.

Jinnota, kif stipulat fil-paragrafu 9.23 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri msemmi hawn fuq, li l-istandards tal-kontroll intern ġew approvati f'Lulju 2004 iżda li għad ma ttiħdux il-miżuri kollha meħtieġa biex tintlaħaq il-konformità magħhom;

3.

Jinnota fir-rigward tas-sejbiet tal-Qorti ta' l-Awdituri tal-paragrafu 9.7 tar-Rapport Annwali tagħha dwar it-trasferiment ta' parti mill-emolumenti ta' l-istaff bl-applikazzjoni ta' koeffiċjenti tal-piż (weighting coefficient) ta' numru sinifikattiv ta' każi li ma kinux appoġġjati minn prova xierqa tad-dritt ta' l-uffiċjal għat-trasferimenti mitluba; jinnota li skond l-informazzjoni pprovduta mill-EESC ittieħdu miżuri korrettivi fl-2005;

4.

Ifakkar fl-assigurazzjoni ta' l-EESC mogħtija fl-2004 li ma kienx hemm aktar irregolaritajiet fir-rigward tal-pagament ta' l-'ispejjeż ta' l-ivjaġġar tal-Membri tagħha (6); madankollu jirrimarka li l-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2003, ippubblikat f'Novembru 2004, irreferiet għal tliet każi fejn l-għoti ta' flus għall-ivjaġġar imħallsa lill-Membri ta' l-EESC kien id-doppju ta' l-ammont stabbilit mir-regoli tal-Kumitat stess; jinnota li s-servizz ta' prosekuzzjoni tal-Beġju beda investigazzjoni formali bbażata fuq sejba mill-OLAF ta' prova soda prima facie ta' EUR 45 000 fi spejjeż kienu dikjarati b'mod żbaljat minn Membru ta' l-EESC fuq perjodu ta' sitt snin; huwa mgħarraf li l-EESC ivvota biex ineħħi l-immunità tal-Membru kkonċernat u li huwa mistenni l-verdett tal-qorti kompetenti Belġjana qabel it-tmiem ta' l-2006;

5.

Jinnota li fl-2004 l-EESC bidel ir-regoli interni tiegħu sabiex jaħtar viċi-president li jkun responsabbli minn kwistjonijiet baġitarji u mir-relazzjonijiet mal-Parlament;

6.

Jilqa' l-fatt li l-EESC ressaq ir-rapport annwali ta' ħidma, inkluż rapport mill-awditur intern u akkumpanjat minn stqarrija ta' assigurazzjoni mill-uffiċjal delegat li jawtorizza;

7.

Jinnota li r-reservazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' l-EESC fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tal-kalkoli tas-salarju permezz tas-softwer ta' l-applikazzjoni tal-pagi ġdida (NAP) matul is-sena finanzjarja 2004, din il-kwistjoni qed tkun deskritta wkoll fil-paragrafu 9.5 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri;

8.

Jinnota s-sejbiet li ġejjin riżultati tar-rapport ta' attività annwali:

żieda fin-numru ta' Membri minn 222 sa 317 (żieda ta' 42,79 %) wara t-tkabbir fl-1 ta' Mejju 2004;

għeluq u sostituzzjoni ta' l-uffiċċju tal-kontijiet imprest mill-1 ta' Jannar 2004 bl-ipproċessar dirett ta' l-ordnijiet tal-pagament fil-programm tal-kompjuter Si2;

żieda fit-talbiet għat-traduzzjoni ta' 33,5 % meta mqabbla ma' l-2003;

żieda ta' 35 % fin-numru ta' laqgħat;

problemi bin-NAP kif ukoll diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' l-istaff kollu meħtieġ fl-2004;

9.

Jinnota li minbarra ċ-ċaqliq tiegħu lejn il-bini li tlesta dan l-aħħar fit-triq Belliard, l-EESC (flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni) għandu programm ta' bini li jinkludi erba' strutturi oħra (Belliard 68, Belliard 96, Trèves u Remorqueur) u jkun jeħtieġ aktar akkomodazzjoni ta' uffiċji għat-tkabbir ta' l-UE fil-futur;

10.

Jistenna r-riżultati tal-verifika ta' l-ECA dwar il-proċeduri ta' akkwiżizzjoni u ta' rinnovament għal bini kollu maqsum bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-EESC, inklużi l-bini Belliard I u l-bini Belliard II; jemmen li għandu jkun hemm verifika fir-rigward tar-rinnovament tal-Montoyer ukoll; jinnota li l-kiri ta' bini għandu jnaqqas b'mod sostanzjali r-riskji involuti għal istituzzjonijiet żgħar u li din is-soluzzjoni għandha titqies bħala alternattiva serja għal proġetti ta' bini fil-futur; japprova l-fatt li b'riżultat tal-politika dwar funzjonijiet sensittivi, il-kap tat-taqsima ta' l-infrastruttura bidel il-pożizzjoni u li qed ikun ipproċessat ir-reklutaġġ ġdid għal din il-pożizzjoni;

11.

Jilqa' l-fatt li r-rapport jinkludi r-riżultati tal-kontrolli ’ex-post’ bi qbil ma' l-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) li jistipula dan li ġej:

“Ir-riżultat tal-verifiki ’ex-post’ għandu jkun stipulat mar-rapport ta' ħidma annwali, ippreżentat flimkien ma' kwistjonijiet oħrajn, lill-istituzzjoni tiegħu mill-uffiċjal delegat li jawtorizza”;

12.

Jemmen li f'dan ir-rigward l-eżempju ta' l-EESC għandu jkun segwit b'mod utli minn istituzzjonijiet oħrajn.


(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Ara l-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni relatata mal-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2002 – Taqsima VI -il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 698).

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


Top