This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2006_340_R_0030_01
2006/811/EC: Decision of the European Parliament of 27 April 2006 on the discharge for implementation of the European Union general budget for the financial year 2004, Section II — Council#Resolution of the European Parliament with comments forming an integral part of the decision on the discharge for implementation of the European Union general budget for the financial year 2004, Section II — Council
2006/811/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill (N6-0027/2005 – C6-0359/2005 – 2005/2092(DEC))

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 30–32
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
30 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill
(2006/811/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005), |
— |
wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006), |
1. |
Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004, |
2. |
Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(2) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.
(3) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill (N6-0027/2005 – C6-0359/2005 – 2005/2092(DEC))
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005), |
— |
wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006), |
1. |
Jinnota li fl-2004 il-Kunsill amministra baġit ta' EUR 541 916 200 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,10 %; |
2. |
Jieħu nota tar-rimarki magħmula mill-Qorti ta' l-Awdituri u jistieden lill-Kunsill sabiex jieħu kont tagħhom u biex ikompli jtejjeb l-immaniġġar finanzjarju tiegħu; |
3. |
Josserva li, skond il-paragrafu 9.4 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, fl-2004 il-Kunsill kien għadu ma waqqaf l-ebda standards ta' kontroll intern wara l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju ta' Ġunju 2002, u li, skond ir-risposta tal-Kunsill, l-istandards ta' kontroll intern għall-Kunsill ġew fl-aħħar adottati fl-20 ta' Lulju 2005; |
4. |
Ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar il-pjan għal qafas ta' kontroll integrat (COM(2005)0252)huwa applikabbli bl-istess mod għall-istituzzjonijiet kollha fl-UE u għalhekk il-Kunsill għandu jmexxi billi jagħti eżempju; |
5. |
Jindika li skond il-paragrafu 9.18 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-liv annwali addizzjonali konċess qabel il-31 ta' Diċembru 1997 bħala kumpens għal sahra tħallas ma' l-irtirar jekk l-uffiċjal ma kienx ħa liv addizzjonali; jinnota li r-risposta tal-Kunsill ma tispjegax għaliex dawn il-ħlasijiet kienu saru lill-persunal A u B, li skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff mhumiex intitolati għall-kumpens għal sahra; |
6. |
Jinnota li r-rikors tal-Kunsill għat-teknika tat-trasferiment tal-ġbir ta' l-aħħar tas-sena għal pagamenti “front-load” fuq il-bini LEX, li jirriżulta f'żieda ta' 333 % fl-ammont li kien mistenni oriġinarjament fuq l-Artikolu tal-baġit 206 minn EUR 13 500 000 għal EUR 58 449 000; jinnota fl-istess ħin li l-Parlament Ewropew qed jiffaċċja l-istess problemi; |
7. |
Jinnota żieda ta' 225 % fl-approprjazzjoni inizjali għal konsulenti Speċjali fil-qasam tas-sigurtà Ewropea u l-politika tad-difiza (l-Artikolu tal-baġit 3 1 3); |
8. |
Ifakkar fir-rimarka li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 (6) li l-baġits ta' istituzzjonijiet oħra għandhom ikopru n-nefqa amministrattiva; |
9. |
Isib li aktar ma jkun hemm ċarezza fir-rigward ta' nfiq fuq u mill-Koordinatur tal-Kontroterroriżmu ta' l-EU aktar tiżdied it-trasparenza; ifakkar li bħala prinċipju, l-infiq operattiv għandu jsir biss mill-Kummissjoni; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu ta' rappurtaġġ billi jagħmel disponibbli minn kmieni għall-awtorità tal-kwittanza, kif għamlu l-istituzzjonijiet l-oħra kollha, inluż il-Parlament, ir-Rapport ta' Attività Annwali msemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istituzzjonijiet ta' l-UE; |
11. |
Jinnota li l-Kunsill qiegħed bħalissa jmexxi proġett biex jinbena l-bini LEX li l-ispejjeż tiegħu huma stimati li jammontaw għal EUR 233 000 000 (skond il-prezzijiet ta' l-2003); |
12. |
Ifakkar li f'ittra datata 18 ta' Novembru 2004 li tikkonċerna l-proċedura tal-kwittanza għall-2003, il-Kunsill ma aċċettax stedina biex jattendi laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, u kkwota l-Ftehima Informali tat-22 ta' April 1970; ifakkar ukoll ir-riluttanza tal-Kunsill fis-snin ta' qabel li jagħti aktar minn tweġibiet xotti għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju lill-istituzzjonijiet oħra bħala preparazzjoni għad-deċiżjoni tal-kwittanza; jemmen li fil-kuntest tal-kompromess kurrenti li jikkonsisti fi djalogu informali bejn il-Kunsill u ċ-chairman u r-rapporteur tal-kumitat kompetenti, il-kumitat kompetenti għandu jestendi l-iskop tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jinkludi Membri oħra li jixtiequ jikkontribwixxu għal dan id-djalogu informali. |
(2) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.
(3) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.
(6) Testi adottati, P6_TA(2005)0410.