EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0641

Rakkomandazzjoni Nru 1/2005 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE/Iżrael tas- 26 ta’ April 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan t’Azzjoni UE/Iżrael

ĠU L 233, 9.9.2005, p. 52–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 279–279 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2005/641(2)/oj

21.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

279


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2005 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE/IŻRAEL

tas-26 ta’ April 2005

dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan t’Azzjoni UE/Iżrael

(2005/641/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE/IŻRAEL,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u l-Istat ta’ Iżrael min-naħa l-oħra, u partikolarment l-Artikolu 69 tiegħu,

Billi:

(1)

Artikolu 69 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(2)

Skond l-Artikolu 79 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri ġenerali jew speċifiċi kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-Ftehim u għandhom jaraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jintlaħqu.

(3)

Il-Pjan t’Azzjoni UE- Iżrael għandu jgħin l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju permezz ta’ l-elaborazzjoni u l-ftehim bejn il-Partijiet dwar miżuri konkreti li jservu ta’ gwida prattika għal din l-implimentazzjoni.

(4)

Il-Pjan t’Azzjoni għandu l-għan doppju li jistipula miżuri konkreti għat-twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet tal-Partijiet stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi qafas iktar wiesgħa għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Iżrael sabiex dawn jinvolvu ammont sinifikanti ta’ integrazzjoni ekonomika u approfondiment ta' kooperazzjoni politika, skond l-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju.

(5)

Il-Partijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ftiehmu dwar it-test tal-Pjan t’Azzjoni UE- Iżrael,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu uniku

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Pjan t’Azzjoni UE- Iżrael (1), sakemm din l-implimentazzjoni ikollha l-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju.

Magħmula fi Brussell, nhar is-26 ta’ April 2005.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

S. SHALOM


(1)  http://register.consilium.eu.int


Top