EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0640

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1/2005 ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael tad- 29 ta' Awissu 2005 ħolqien ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 261–278 (MT)
ĠU L 233, 9.9.2005, p. 34–51 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/640/oj

21.6.2006   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

261

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2005 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL

tad-29 ta' Awissu 2005

ħolqien ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

(2005/640/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra;

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran qed isiru dejjem aktar kumplessi minħabba l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranji u t-tkomplija tas-Sħubija Ewro-Mediterranja. Minbarra dan, it-tħaddim tal-Politika Ewropea għall-Pajjiżi Ġirien u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorjali jeħtieġ it-twaqqif tas-sotto-kumitati proposti.

(2)

L-Artikolu 73 ta’ dan il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta’ gruppi tax-xogħol jew organi meħtieġa (minn hawn ’il quddiem msejħa s-sotto-kumitati) biex ikun implimentat il-Ftehim.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael imsemmija fl-Anness I huma stabbiliti u r-Regoli ta' Proċedura ta’ dawk is-sotto-kumitati li jidhru fl-Anness II huma adottati.

Is-sotto-kumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u għandhom jirrapurtaw lilu wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Is-sotto-kumitati msemmija hawn fuq m’għandhomx setgħa li jieħdu deċiżjonijiet.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex jiżgura t-tħaddim tajjeb ta’ dawn il-kumitati u javża lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bihom.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li joħloq iktar sotto-kumitati jew gruppi, jew li jabolixxi xi sotto-kumitati jew gruppi eżistenti.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, nhar id-29 ta’ Awissu 2005.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

S. SHALOM

ANNESS I

FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL

SOTTO-KUMITATI MARBUTA MAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI

(1)

Id-djalogu politiku u l-koperazzjoni

(2)

Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji

(3)

L-affarijiet soċjali u ta’ l-migrazzjoni

(4)

Il-koperazzjoni doganali u t-tassazzjoni

(5)

L-agrikoltura u l-industrija tas-sajd

(6)

Is-suq intern

(7)

L-industrija, il-kummerċ u s-servizzi

(8)

Il-ġustizzja u l-affarijiet legali

(9)

It-trasport, l-enerġija u l-ambjent

(10)

Ir-riċerka, l-innovazzjoni, is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura.

ANNEX II

Regoli ta' proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 1 ta’ l-UE-l-Iżrael

Id-djalogu politiku u l-koperazzjoni

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Valuri komuni:

Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu

Il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, inkluża l-Iżlamofobija.

(b)

Temi reġjonali u internazzjonali:

Il-koperazzjoni taħt il-PESK/l-PESD, il-ġestjoni tal-kriżijiet

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

In-non-proliferazzjoni tal-WMD u l-mezzi tal-forniment tagħhom, inklużi l-missili ballistiċi

It-traffikar illiċitu ta’ tagħmir militari

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

L-organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-koperazzjoni reġjonali (inkluża l-kordinazzjoni ta’ kwistjonijiet reġjonali li jinqalgħu f’sotto-kumitati oħra).

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 2ta’ l-UE-l-Iżrael

Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Politika makroekonomika

(b)

Politika ekonomika strutturali

(ċ)

Servizzi finanzjarji (aspetti makro-ekonomiċi) u swieq kapitali

(d)

Moviment tal-kapital u ħlasijiet

(e)

Regolamenti finanzjarji (eż. ġestjoni u trasparenza tal-finanzi pubbliċi)

(f)

Pensjonijiet u sigurtà soċjali (aspetti ekonomiċi)

(g)

Statistika

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' Proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 3 ta’ l-UE-l-Iżrael

L-affarijiet soċjali u l-migrazzjoni

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Problemi soċjali ta’ soċjetajiet post-industrijali

(b)

Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet ta’ diżabilità

(ċ)

Saħħa pubblika

(d)

Opportunitajiet indaqs

(e)

Moviment tal-ħaddiema

(f)

Politika dwar il-migrazzjoni

(g)

Politika tax-xogħol

(h)

Ħarsien soċjali

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' Proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 4 ta’ l-UE-l-Iżrael

Il-koperazzjoni doganali u t-Tassazzjoni

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Proċeduri doganali ġenerali, nomenklatura doganali, valutazzjoni doganali

(b)

Termini marbuta mar-regoli ta’ l-oriġini

(ċ)

Sistemi tat-tariffi

(d)

Koperazzjoni doganali

(e)

Tassazzjoni

Is-Sotto-Kumitat Nru. 5 ta’ l-UE-l-Iżrael

L-agrikoltura u l-Industrija tas-sajd

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Agrikoltura u prodotti agrikoli pproċessati (inkluż il-kummerċ)

(b)

Kwistjonijiet sanitarji u fito-sanitarji

(ċ)

Żvilupp rurali u koperazzjoni reġjonali

(d)

Prodotti tas-sajd, inkluż il-kummerċ

Is-Sotto-Kumitat Nru. 6 ta’ l-UE-l-Iżrael

Is-suq intern

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Koperazzjoni leġislattiva u amministrattiva dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità

(b)

Politika dwar il-kompetizzjoni

(ċ)

Akkwist pubbliku

(d)

Drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

(e)

Servizzi (kwistjonijiet ta' politika u regolatorji)

(f)

Dritt ta' stabbiliment, liġi tal-kumpannija

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' Proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 7 ta’ l-UE-l-Iżrael

L-Industrija, il-Kummerċ u s-Servizzi

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Politika dwar l-intrapriża u l-koperazzjoni industrijali

(b)

Implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni ENP

(ċ)

Kwistjonijiet bilaterali tal-kummerċ

(d)

Servizzi u investiment (aspetti kummerċjali inkluż il-ftuħ ta’ negozjati bilaterali)

(e)

Tħejjijiet ta’ ftehim kummerċjali dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità

(f)

Koperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ l-e-commerce

(g)

Turiżmu

(h)

Koperazzjoni internazzjonali dwar l-iżvilupp (kwistjonijiet ta’ aċċess bejn l-Iżrael u l-KE)

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' Proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 8 ta’ l-UE-l-Iżrael

Il-ġustizzja u l-affarijiet legali

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Kwistjonijiet tal-migrazzjoni

(b)

Ażil

(ċ)

Azzjonijiet speċifiċi biex ikun miġġieled it-terroriżmu fil-qasam tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni

(d)

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-persuni,

(e)

Drogi

(f)

Money laundering, kriminalità finanzjarja u ekonomika

(g)

Koperazzjoni ġuridika u bejn il-pulizija

Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.

5.   Laqgħat

Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.

F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.

Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.

8.   Pubbliċità

Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.

Regoli ta' Proċedura

Is-Sotto-Kumitat Nru. 9 ta’ l-UE-l-Iżrael

It-Trasport, l-Enerġija, u l-Ambjent

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Trasport

(b)

Enerġija

(ċ)

Ambjent

Is-Sotto-Kumitat Nru. 10 ta’ l-UE-l-Iżrael

Ir-Riċerka, l-Innovazzjoni, is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni, l-Edukazzjoni u l-Kultura

1.   Komposizzjoni u Presidenza

Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.

2.   Rwol

Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.

(a)

Xjenza u innovazzjoni teknoloġika

(b)

Koperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta’ l-iskambju bejn iż-żgħażagħ

(ċ)

Koperazzjoni kulturali

(d)

Soċjetà ta’ l-informazzjoni

(e)

Politika ta' l-awdjoviżwali

(f)

Koperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili

Top