This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M11114
Prior notification of a concentration (Case M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2023/C 317/11
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 317/11
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 317/11
PUB/2023/1162
ĠU C 317, 7.9.2023, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 317/11)
1.
Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
SWOCTEM GmbH (“SWOCTEM”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Prof. Dr.-Ing. E.h. Friedhelm Loh, |
— |
Klöckner & Co SE (“Klöckner”, il-Ġermanja). |
SWOCTEM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Klöckner.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
SWOCTEM hija kumpanija azzjonista li hija proprjetà u kkontrollata b’mod esklużiv mill-Prof. Dr.-Ing. E.h. Friedhelm Loh li huwa wkoll sid u jikkontrolla il-Friedhelm Loh Group. Friedhelm Loh Group jinkludi portafoll ta’ kumpaniji attivi f’firxa ta’ setturi, inkluż fost l-oħrajn Stahlo, operatur ta’ ċentri tas-servizzi tal-azzar fil-Ġermanja, |
— |
Klöckner hija primarjament attiva fid-distribuzzjoni tal-istokk tal-azzar (inkluż l-azzar inossidabbli), l-aluminju, il-plastik u prodotti industrijali oħra kif ukoll fit-tħaddim ta’ ċentri tas-servizzi tal-azzar u ċentri tal-qtugħ bl-ossiġenu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).