Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XC0818(03)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2023/C 290/06

    PUB/2023/767

    ĠU C 290, 18.8.2023, p. 45–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 290/45


    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2023/C 290/06)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

    KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

    “Maremma toscana”

    PDO-IT-A1413-AM03

    Data tal-komunikazzjoni: 18.5.2023

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

    1.   Indikazzjoni tat-terminu “Rosè” bħala alternattiva għat-terminu “Rosato”

    Għad-denominazzjoni tal-inbejjed tat-tip rożè, żdiedet il-possibbiltà li jiġu indikati wkoll bit-terminu “Rosè” għat-tipi ta’ prodotti li ġejjin: Rosato, Alicante Rosato, Grenache Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato.

    Din il-possibbiltà tagħmilha possibbli li jiżdiedu l-opportunitajiet kummerċjali speċjalment fis-swieq Anglo-Sassoni.

    L-emenda tikkonċerna dawn l-Artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: 1, 2, 4, 5, 6, u 7, u dawn il-punti tad-Dokument Uniku: 4 u 9.

    2.   Żieda tat-tip Vermentino Superiore

    Żdied it-tip il-ġdid Vermentino bl-indikazzjoni Superiore.

    Dan it-tip għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-varjetà tad-dwieli Vermentino, billi jadotta tekniki agrikoli u tal-produzzjoni tal-inbid differenzjati mit-tip Vermentino (bażiku).

    L-emenda tikkonċerna dawn l-Artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, u 9, u dawn il-punti tad-Dokument Uniku: 4, 5, u 8.

    3.   Bażi ampelografika tat-tip Vermentino Superiore

    Il-perċentwal minimu tal-varjetà tad-dwieli Vermentino żdied minn 85 % fit-tip bażiku, għal 95 % fit-tip bl-indikazzjoni Superiore.

    B’dan il-mod, il-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetà joħorġu aħjar.

    L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

    4.   Żieda ta’ rekwiżiti agrikoli għat-tip Vermentino Superiore

    Iddaħħlu r-rendiment massimu għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għal dan it-tip.

    Din hija emenda li tirriżulta miż-żieda tat-tip innifsu, f’konformità mar-rekwiżiti għall-użu tat-terminu Superiore.

    L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku.

    5.   Bidliet formali

    It-tip Canaiolo żdied mal-lista tar-rekwiżiti għar-rilaxx għall-konsum.

    It-tip Merlot Passito żdied mal-lista tar-rendimenti tal-għeneb/inbid u l-produzzjoni massima tal-inbid.

    Din hija korrezzjoni formali għal sempliċi żball materjali preżenti fl-abbozzi preċedenti.

    L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

    6.   Regoli għall-vinifikazzjoni u r-rilaxx għall-konsum tat-tip Vermentino Superiore

    Għal dan it-tip, żdiedu l-valuri tal-produzzjoni massima tal-għeneb fl-inbid u tar-rendiment massimi għal kull ettaru, kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rilaxx għall-konsum.

    L-indikazzjoni tal-produzzjoni u tar-rendiment massimu għal kull ettaru huma konsegwenza tar-rekwiżiti agronomiċi stabbiliti għal dan it-tip; barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ perjodu minimu għar-rilaxx għall-konsum jippermetti differenzjazzjoni tal-prodott kemm kwalitattivament kif ukoll kummerċjalment.

    L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

    7.   Deskrizzjoni tat-tip ta’ nbid Vermentino Superiore

    Żdiedu d-deskritturi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għat-tip il-ġdid li żdied.

    Il-karatteristiċi tal-prodott għall-konsum jippermettu li jiġu distinti b’mod ċar l-inbejjed miksuba mill-varjetà Vermentino kkwalifikati bl-indikazzjoni Superiore.

    L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

    8.   Bidliet fir-rekwiżiti tat-tikkettar

    It-terminu “Rosè” ġie miżjud bħala alternattiva għat-terminu “Rosato” għall-kulur imsemmi.

    Tħassar it-terminu “Superiore” mil-lista ta’ kwalifiki pprojbiti fuq it-tikketta.

    Dawn l-emendi huma konsistenti mal-bidliet introdotti fid-denominazzjoni tal-inbejjed tad-DOP Maremma toscana.

    L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

    9.   Bidliet fir-rekwiżiti tal-imballaġġ

    Il-limitu minimu tal-kapaċità għall-użu tar-reċipjent bag in box tnaqqas minn 3 litri għal 2 litri; barra minn hekk, l-użu ta’ reċipjenti alternattivi tal-ħġieġ tal-polietilentereftalat (PET) u kompożit (Brick) huwa eskluż. It-tnaqqis fil-kapaċità għal dan ir-reċipjent jagħmilha possibbli li jittejbu l-opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-swieq tal-Unjoni u internazzjonali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ ħafna konsumaturi li japprezzaw dan il-format ta’ kapaċità żgħira. Min-naħa l-oħra, ir-reċipjenti tal-PET u Brick huma esklużi biex tiġi ppreservata l-immaġni tal-prodott tad-DOP ippreżentat lill-konsumatur.

    Anki għat-tip “Superiore” bħalma huwa l-każ għat-tipi “Riserva”, “Vigna”, Passito”, “Vin Santo”, u “Vendemmia tardiva”, huwa permess biss l-użu ta’ fliexken tal-ħġieġ biex tiġi kkwalifikata aktar l-immaġni tal-prodotti; barra minn hekk għal dawn it-tipi, il-kapaċità massima tal-fliexken żdiedet għal 18-il litru biex tissodisfa l-ħtiġijiet tas-swieq, li jeħtieġu tipi partikolari ta’ kwalità b’formati ta’ kapaċità kbira li jistgħu jintużaw speċjalment għal skopijiet promozzjonali.

    L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

    10.   Bidliet formali fir-rabta maż-żona ġeografika

    Id-deskrizzjoni tar-rabta ġiet adattata f’konformità mal-introduzzjoni tat-tip il-ġdid Vermentino kkwalifikat bl-indikazzjoni Superiore.

    Dan huwa intervent formali li jikkonċerna l-abbozzar tat-test b’referenzi għat-tip imsemmi hawn fuq.

    L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

    Maremma toscana

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    4.

    Inbid spumanti

    5.

    Inbid spumanti ta’ kwalità

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    1.   Bianco inkluża r-Riserva, u b’indikazzjoni waħda jew tnejn ta’ varjetajiet ta’ dwieli

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja. Aroma: fina u delikata, b’noti l-aktar ta’ frott fil-Viognier u l-Ansonica, u aktar prominenti u kumplessa fil-verżjoni Riserva. Togħma: minn xotta għal nofsha misjura fil-Bianco; ratba u bellusija fil-Vermentino, fil-Viognier u fl-Ansonica; u aktar friska b’noti ta’ ħwawar, mimlija togħma, u robusta fil-verżjoni Riserva. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Abjad: 10,50; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano:11,00; Riserva: 12,00. Estratt minimu mingħajr zokkor: Abjad: 14,00 g/l; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano: 16 g/l; Riserva: 18 g/l; Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    2.   Vermentino Superiore

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: isfar lewn it-tiben jgħajjat, xi kultant b’riflessjonijiet li joqorbu lejn lewn id-deheb. Aroma: delikata, karatteristika, fina. Togħma: xotta, mimlija togħma, mingħajr ħafna tannini, bellusija. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol. Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    3.   Rosso, Novello, Riserva, u ttikkettat b’indikazzjoni varjetali waħda jew tnejn

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja bi ħjiliet ta’ vjola; aħmar qawwi, li jxaqleb lejn il-granata maż-żmien.

    Aroma: b’noti ta’ frott fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache, fil-Merlot, fil-Pugnitello u fis-Sangiovese; noti ta’ ħwawar fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fis-Syrah u fil-Petit Verdot, u aktar delikata fiċ-Ciliegiolo, li għandhom tendenza li jirfinaw waqt it-tqaddim fl-inbejjed Riserva.

    Togħma: minn xotta għal nofsha misjura fir-Rosso, u kemxejn aċiduża u mimlija togħma iżda pjaċevoli fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache; b’aktar korporatura fil-Cabernet, fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fiċ-Ciliegiolo, fil-Petit Verdot, fil-Pugnitello, fis-Sangiovese u fil-Merlot, kif ukoll fl-inbejjed Riserva; qawwija u mħawra fis-Syrah; u qawwija u togħma matura fil-prodotti Rosso u Sangiovese soġġetti għat-teknika Governo all’uso Toscano.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Rosso, Novello: 11,00; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 11,50; Riserva: 12,00;

    Estratt minimu mingħajr zokkor: Rosso 22,00 g/l; u 20,00 g/l għan-Novello; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 22 g/l; Riserva 24,00;

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    4.   Rosato jew Rosè u b’indikazzjonijiet varjetali

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: rożè b’intensità li tvarja.

    Aroma: delikata, b’noti qawwija ta’ frott, aktar persistenti fl-Alicante, u aktar delikata fis-Sangiovese.

    Togħma: minn xotta sa nofsha misjura, kemxejn aċiduża, armonjuża.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,00 g/l;

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Vin Santo

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: minn isfar lewn it-tiben sa ambra jagħti fil-kannella.

    Aroma: eterjali, sħuna u distintiva.

    Togħma: minn xotta għal ħelwa, armonjuża u bellusija.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    12,00

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    30,00

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    6.   Vendemmja tardiva, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: minn isfar qawwi lewn it-tiben għal isfar dehbi ta’ intensità li tvarja.

    Aroma: delikata, qawwija, xi drabi pikkanti.

    Togħma: minn xotta għal ħelwa, mimlija u armonjuża.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    25

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    7.   Passito Bianco, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: minn isfar dehbi għal ambra ta’ intensità li tvarja.

    Aroma: qawwija, ta’ frott misjur.

    Togħma: minn xotta għal ħelwa, ibbilanċjata u bellusija.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,00 g/l;

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    12,00

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    25

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    8.   Passito Rosso, b’indikazzjoni ta’ varjetà ta’ dwieli

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: aħmar qawwi lewn ir-rubin.

    Aroma: qawwija, prominenti.

    Togħma: minn xotta għal ħelwa, bellusija.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,00 g/l.

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    12,00

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    25

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    9.   Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità - it-tip abjad, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli, u t-tip rożè

    DESKRIZZJONI QASIRA

    Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; fl-Ansonica, isfar jgħajjat lewn it-tiben; xi drabi bi ħjiel fl-aħdar fil-Vermentino; minn roża ċar għal lewn iċ-ċirasa fir-Rosato jew fir-Rożè.

    Ragħwa: fina u persistenti.

    Aroma: fina, ta’ frott, iddum, aktar ħafifa fl-Ansonica, aktar delikata fil-Vermentino; b’noti ta’ frott aktar notevoli fir-Rosato jew fir-Rożè.

    Togħma: ebda doża sa straxotta, armonjuża fl-Ansonica; vivaċi, aċiduża, kemxejn morra fir-Rosato jew fir-Rożè.

    Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Bianco u Rosato: 10,50 % vol.; Ansonica u Vermentino: 11,00 % vol.

    Estratt minimu mingħajr zokkor: Bianco 14,00 g/l; Ansonica, Vermentino, Rosato jew Rożè: 16,00 g/l.

    Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

    1.   Il-metodu ta’ vinifikazzjoni tal-Vin Santo

    Prattika enoloġika speċifika

    Wara li jgħaddi minn proċess ta’ għażla bir-reqqa, l-għeneb irid jitnixxef b’mod naturali f’postijiet xierqa sakemm jilħaq kontenut ta’ zokkor adegwat, qabel jingħasar. L-inbid irid isir, jinħażen, u jiġi mmaturat f’kontenituri tal-injam b’kapaċità massima ta’ 500 litru, u ma jistax jiġi rilaxxat għall-konsum qabel l-1 ta’ Marzu tat-tielet sena wara s-sena li fiha jkun sar l-għeneb.

    2.   Il-metodu ta’ vinifikazzjoni tal-“Governo all’uso toscano”

    Prattika enoloġika speċifika

    Il-metodu tradizzjonali, li huwa permess għat-tipi Rosso u Sangiovese, jikkonsisti f’fermentazzjoni bil-mod billi jiżdied għeneb iswed kemxejn imnixxef li, qabel jingħasar, ikun beda jiffermenta, f’ammont ta’ mhux inqas minn 10 kg għal kull ettolitru.

    5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

    1.

    Bianco, Bianco Riserva u Spumante

    13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    2.

    Bianco, Bianco Riserva u Spumante

    91,00 ettolitru għal kull ettaru

    3.

    Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello

    12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    4.

    Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello

    84,00 ettolitru għal kull ettaru

    5.

    Vin Santo

    13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    6.

    Vin Santo

    45,50 ettolitru għal kull ettaru

    7.

    Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier

    12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    8.

    Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier

    84,00 ettolitru għal kull ettaru

    9.

    Vermentino Superiore

    9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    10.

    Vermentino Superiore

    63,00 ettolitru għal kull ettaru

    11.

    Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah

    11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    12.

    Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah

    77,00 ettolitru għal kull ettaru

    13.

    Pugnitello

    9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    14.

    Pugnitello

    63,00 ettolitru għal kull ettaru

    15.

    Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato

    11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    16.

    Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato

    77,00 ettolitru għal kull ettaru

    17.

    Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito

    11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    18.

    Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito

    44,00 ettolitru għal kull ettaru

    19.

    Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito

    11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    20.

    Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito

    44,00 ettolitru għal kull ettaru

    21.

    Vendemmia tardiva, Ansonica Vendemmia tardiva, Chardonnay Vendemmia tardiva, Sauvignon Vendemmia tardiva

    80 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    22.

    Vendemmia tardiva, Ansonica Vendemmia tardiva, Chardonnay Vendemmia tardiva, Sauvignon Vendemmia tardiva

    40,00 ettolitru għal kull ettaru

    23.

    Trebbiano Vendemmia tardiva, Vermentino Vendemmia tardiva, Viognier Vendemmia tardiva

    80 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    24.

    Trebbiano Vendemmia tardiva, Vermentino Vendemmia tardiva, Viognier Vendemmia tardiva

    40,00 ettolitru għal kull ettaru

    6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

    Iż-żona tal-produzzjoni taqa’ fi ħdan ir-reġjun ta’ Toscana u, speċifikament, tkopri l-provinċja kollha ta’ Grosseto.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

    Alicante N. - Grenache

    Ansonica B. - Inzolia

    Cabernet franc N. - Cabernet

    Cabernet sauvignon N. - Cabernet

    Canaiolo nero N. - Canaiolo

    Carmenère N. - Cabernet

    Chardonnay B.

    Ciliegiolo N.

    Malvasia Istriana B. - Malvasia

    Malvasia bianca Lunga B. - Malvoisier

    Malvasia bianca di Candia B. - Malvasia

    Merlot N.

    Petit verdot N

    Pugnitello N.

    Sangiovese N. - Sangioveto

    Sauvignon B. - Sauvignon blanc

    Syrah N.

    Trebbiano toscano B. - Procanico

    Vermentino B. - Pigato B.

    Viogner B.

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    8.1.   Maremma Toscana DOC - Inbid inkluż Vin Santo, Vendemmja tardiva u Passito

    Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata u b’xita sajfija skarsa; il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ skular tajba. Din hija żona ta’ vitikultura storika li tmur lura għall-Etruski, li, matul is-sekli, kienet meqjusa ideali għat-tkabbir tad-dwieli, fejn ħafna minnhom tkabbru bl-użu tal-metodu taz-zokk bid-dwiefer b’densità tat-tħawwil għolja. Il-varjetajiet użati huma kemm tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Ansonica, Vermentino, Vermentino Superiore, Sangiovese u Ciliegiolo), kif ukoll aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon, Viognier, Merlot, Cabernet u Syrah), u dawn jipproduċu nbejjed karatteristiċi ferm li huma friski, aromatiċi u strutturati sew.

    8.2.   Maremma Toscana DOC - Inbid Spumanti u Inbid Spumanti ta’ kwalità

    Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata, b’xita sajfija skarsa, u b’ventilazzjoni tajba; il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ skular tajba. Il-produzzjoni tradizzjonali tal-inbejjed frizzanti hija marbuta wkoll mal-preżenza ta’ kantini naturali mterrqa mill-ġebla tat-tufu, li jippermettu li jinżammu l-aħjar temperaturi. Il-vinji ilhom minn żmien l-antik b’densitajiet tat-tħawwil għoljin. Il-varjetajiet użati huma dawk tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Vermentino u Ansonica), fejn xi drabi jiżdiedu magħhom varjetajiet oħra aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon), li jagħtu lill-inbejjed karatteristiċi friski, kemxejn aċidużi, fini u ta’ frott.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

    Tikkettar

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Is-sinonimu Grenache ġie speċifikat bħala isem alternattiv għall-varjetà Alicante.

    Ġiet speċifikata l-possibbiltà tal-użu tat-terminu “Rosè” bħala alternattiva għall-isem “Rosato” għat-tipi ta’ dan il-kulur.

    Żona tal-vinifikazzjoni tal-prodotti

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Deroga mill-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Flimkien mal-provinċji ta’ Pisa, Livorno, Siena u Firenze, il-provinċja ta’ Arezzo żdiedet mal-lista ta’ żoni li fihom jistgħu jsiru l-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni għall-prodotti koperti bid-DOP.

    Indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Żdiedet l-għażla li fuq it-tikketta jiġu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-istess kulur minn dawk indikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jridu jitniżżlu f’ordni dekrexxenti fir-rigward tal-ammont attwali ta’ għeneb użat, skont l-Artikolu 50(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) 2019/33.

    Rekwiżiti speċifiċi tal-ippakkjar

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Huwa previst l-użu tar-reċipjenti kollha ta’ volum nominali permess mil-leġiżlazzjoni attwali, inklużi reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ li jikkonsistu minn flixkun tal-plastik b’ħafna saffi tal-poletilen u tal-poliester magħluqa f’kartuna jew materjal riġidu ieħor, esklużivament għal kapaċitajiet ta’ bejn 2 u 5 litri.

    Huma esklużi reċipjenti bħal dami u damiġġani, kif ukoll reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ bħal tal-polietilentereftalat (PET) u dawk kompożiti (Brick).

    Għall-għeluq tal-inbejjed, ippakkjati fi fliexken tal-ħġieġ, jista’ jintuża kull tip ta’ għeluq previst mir-regolamenti, minbarra kapsuni.

    Għat-tipi bl-indikazzjonijiet “Riserva”, “Superiore” u “Vigna” u għat-tipi “Passito”, “Vin Santo” u “Vendemmia tardiva” huma permessi biss fliexken tal-ħġieġ b’forma u kisi konsistenti mal-karattru tal-inbejjed fini, b’volum nominali sa 18-il litru u b’għeluq li ma huwiex kapsun.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/19593


    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


    Top