Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023M11215

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 272/04

    PUB/2023/1037

    ĠU C 272, 1.8.2023, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 272/5


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2023/C 272/04)

    1.   

    Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    PAI Partners S.à.r.l. (Franza), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ PAI Partners SAS (Franza), flimkien “PAI Partners”,

    HgCapital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit),

    Azets Topco Limited (“Azets”, Jersey), li bħalissa hija kkontrollata minn Hg.

    PAI Partners u Hg jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Azets.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

    PAI Partners hija kumpanija ta’ ekwità privata. Il-fondi ġestiti minn PAI Partners għandhom politika li jakkwistaw maġġoranza ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’kumpaniji attivi madwar id-dinja fis-setturi tas-servizzi tan-negozju, l-ikel &consumer, l-industrija ġenerali, u l-kura tas-saħħa,

    Hg hija investitur f’negozji tas-software u tas-servizzi b’enfasi fuq l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerka,

    Azets hija fornitur ta’ servizzi ta’ kontabilità, ta’ taxxa, ta’ awditjar, ta’ konsulenza, ta’ appoġġ għar-riżorsi umani u ta’ appoġġ tal-pagi prinċipalment għall-SMEs u hija attiva fiż-ŻEE kollha.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top