This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023XC0622(04)
Publication of a communication of approval of a standard amendment to the product specification for a name in the wine sector as referred to in Article 17(2) and (3) of Commission Delegated Regulation (EU) 2019/33 2023/C 220/11
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2023/C 220/11

PUB/2023/443
ĠU C 220, 22.6.2023, p. 66–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/66 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 220/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1) .
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Montepulciano d'Abruzzo”
PDO-IT-A0723-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 23.3.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Iż-żieda ta’ unitajiet ġeografiċi addizzjonali
Deskrizzjoni: iż-żieda ta’ erba’ subżoni ġodda (Terre di Chieti, Terre Aquilane jew Terre de L'Aquila, Colline Pescaresi, San Martino sulla Marruccina) fejn jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed, segwiti bl-indikazzjonijiet “superiore” u “riserva”. Barra minn hekk għas-subżona Terre di Chieti huma previsti erba’ unitajiet ġeografiċi iżgħar addizzjonali: Colline Teatine jew Teatino; Colline Frentane jew Frentania jew Frentano; Colline del Sangro; Colline del Vastese jew Hystonium.
Raġunijiet: iż-żieda fl-erba’ subżoni ta’ nbejjed bl-indikazzjonijiet“superiore” u “riserva” tagħmilha possibbli li jinżamm kif inhu l-livell ta’ kwalità tad-denominazzjoni Montepulciano d'Abruzzo bħala immaġni u bħala strateġija ta’ produzzjoni kumplessiva li ġiet stratifikata skont segmentazzjoni piramidali li tibda mir-reġjun tal-Abruzzo, imbagħad tinżel għas-subżona provinċjali individwali, imbagħad lejn l-Unità Ġeografika Addizzjonali supramuniċipali jew muniċipali individwali u fl-aħħar lejn il-“Vinja”.
L-emendi huma fl-Artikoli 1, 4, 5, 6, 7, 8, u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP Montepulciano d'Abruzzo, u l-annessi dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta’ subżoni individwali; u fit-taqsimiet 4, 5, 8, u 9 tad-Dokument Uniku.
2. Żona tal-produzzjoni tal-għeneb - bidla fil-formulazzjoni u simplifikazzjoni tal-konfini
Deskrizzjoni: tibdil fil-post tal-vinji u esklużjoni ta’ artijiet li ma humiex adattati għall-kultivazzjoni.
Raġunijiet: il-karatteristiċi orografiċi u agronomiċi qegħdin jiġu mċaqalqa b’mod konsistenti mill-Artikolu 3 għall-Artikolu 4.
Deskrizzjoni: iż-żona tal-produzzjoni ġiet issimplifikata fir-rigward tal-konfini tagħha biex tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li diġà kienu inklużi għal kull provinċja individwali.
Raġunijiet: id-delimitazzjoni amministrattiva tat-territorji muniċipali ġiet estiża għat-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalità individwali sabiex jiġi ssimplifikat it-tfassil tal-konfini bis-sistema kartografika diġitali reġjonali.
Iż-żieda fl-erja ma twassalx għal żieda fl-erja tal-vinja.
Deskrizzjoni: Għall-provinċja ta’ Chieti, iż-żieda ta’ 15-il muniċipalità.
Raġunijiet: ġew sovrapposti ż-żoni tal-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP għall-provinċja ta’ Chieti billi jikkoinċidu fiż-żona, il-vinji u l-istorja.
Iż-żieda ta’ dawn il-15-il muniċipalità ġdida ma twassalx għal żieda ta’ aktar minn 1 % fl-erja eżistenti mħawla bid-dwieli.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 3 u 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsimiet 6 u 8 tad-Dokument Uniku.
3. Regoli għall-vitikultura - bidla fil-formulazzjoni u ż-żieda tal-altitudni
Deskrizzjoni: iż-żieda ta’ indikazzjonijiet dwar il-post tal-vinji bl-inklużjoni ta’ altitudni ta’ 600 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, taħt ċerti eċċezzjonijiet sa 700 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, u l-kundizzjonijiet ta’ limitu għall-esklużjoni ta’ artijiet li ma humiex adattati għall-kultivazzjoni.
Raġunijiet: il-karatteristiċi orografiċi u agronomiċi qegħdin jiġu miżjuda b’mod konsistenti fl-Artikolu 4; l-altitudni massima tal-vinji żdiedet għal 700 metru “l fuq mil-livell tal-baħar, kemm minħabba t-tibdil fil-klima kif ukoll biex terġa’ tibda l-vitikultura f’‘altitudni għolja’.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 4 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u jikkonċernaw bidla formali u konsistenti fit-taqsima 8 tad-Dokument Uniku.
4. Regoli għall-vitikultura - dwieli għal kull ettaru
Deskrizzjoni: it-tnaqqis tan-numru minimu ta’ dwieli għal kull ettaru minn 2 500 għal 2 400.
Raġunijiet: in-numru ta’ dwieli għal kull ettaru ġie aġġustat għal 2 400 f’konformità mal-parametri previsti fil-Pjan ta’ Ristrutturar u Rikonverżjoni tal-Vinji (PRRV) tal-miżura ta’ investiment.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Bidliet fir-rendiment tal-għeneb għal kull ettaru
Deskrizzjoni: iż-żieda fir-rendiment tal-għeneb għal kull ettaru minn 14 għal 15 t/ha; għall-4 subżoni l-ġodda Terre di Chieti, Terre Aquilane jew Terre de L'Aquila, Colline Pescaresi, u San Martino sulla Marruccina, huwa previst rendiment massimu ta’ 12,5 t/ha.
Raġunijiet: iż-żieda fir-rendiment għall-għeneb Montepulciano għandha l-għan li żżid il-kwantità u l-kwalità kumplessiva tal-prodott ikklassifikat bid-DOP fil-livell reġjonali u fl-istess ħin tnaqqas l-inbid ġeneriku, f’konformità mar-regoli attwali dwar l-produzzjoni u fir-rigward tal-produzzjoni reali.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku.
6. Użu tal-indikazzjonijiet ‘superiore’ u ‘riserva’
Raġunijiet: il-klassifikazzjoni piramidali tal-produzzjoni fil-fatt tipprevedi indikazzjonijiet kwalitattivi aktar restrittivi bħal ‘superiore’ u ‘riserva’. Għal dawn l-inbejjed, il-kummerċjalizzazzjoni hija ppjanata għall-istaġun tal-ħarifa wara l-ħsad tal-għeneb.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 1, 6, 7, u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4, 5, 8, u 9 tad-Dokument Uniku.
7. Parametri kimikofiżiċi
Deskrizzjoni: it-terminu ‘xotta’ tneħħa mid-deskrizzjoni tat-togħma u ddaħħal il-valur ta’ zokkrijiet residwi: massimu ta’ 9 grammi għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.
Raġunijiet: it-tħassir tad-deskrittur ‘xotta’ sar minħabba l-ħtieġa li tiġi speċifikata l-kwantità massima ta’ zokkrijiet residwi f’konformità mar-regolamenti fis-seħħ. Din l-emenda tikkonċerna biss l-inbid tad-DOP Montepulciano d'Abruzzo mingħajr referenza għas-subżoni.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.
8. Ippakkjar, materjali, volumi nominali u għeluq tal-kontenituri
Deskrizzjoni: l-ippakkjar tal-inbid Montepulciano d'Abruzzo għandu jsir f’kontenituri tal-ħġieġ tal-kapaċitajiet nominali stabbiliti mir-regolamenti fis-seħħ. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tat-tipi kwalifikati minn subżoni u Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali, l-użu ta’ kontenituri magħmula minn materjali oħra adattati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, li nominalment jesgħu mhux inqas minn 2 litri, huwa permess.
Għall-inbid Montepulciano d'Abruzzo, bl-eċċezzjoni tas-subżoni u l-Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali, kull għeluq permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ huwa permess, bl-eċċezzjoni ta’ kapsuni u tappijiet li jinfetħu b’daqqa ta’ saba”.
Raġunijiet: l-indikazzjonijiet għall-użu tal-materjali, il-volumi nominali u l-għeluq tal-kontenituri ġew deskritti f’aktar dettall.
L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Montepulciano d'Abruzzo
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Montepulciano d’Abruzzo
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: aromi ta’ frott aħmar, ħwawar, intensi, etereali; |
— |
togħma: mimlija, armojuża, kemxejn tannika; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % vol.; |
— |
zokkrijiet residwi: massimu ta’ 9 grammi għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 21,00 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Vestini u Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Vestini riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
|
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
|
Riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħaxix niexef, ħwawar, intensi, etereali; |
|
Togħma: mimlija, xotta, robusta, armonjuża, bellusija. |
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol. (13 % vol. għall-indikazzjoni “riserva”). |
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Casauria jew Terre di Casauria u Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Casauria jew Terre di Casauria riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
|
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
|
Riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħwawar, intensi, etereali; |
|
Togħma: mimlija, robusta, armojuża, kemxejn tannika. |
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol. (13,5 % vol. għall-indikazzjoni “riserva”). |
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Alto Tirino u Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Alto Tirino riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; Riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħwawar, intensi, etereali; Togħma: bnina, mimlija, robusta, armojuża, kemxejn tannika, persistenti. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol. (13 % vol. għall-indikazzjoni “riserva”). Estratt minimu mingħajr zokkor: 25 g/l (28 g/l għal Rosso Riserva).
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Peligni u Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Peligni riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; Riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħwawar, intensi, etereali; Togħma: mimlija, robusta, armojuża, kemxejn tannika. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol. (13 % vol. għall-indikazzjoni “riserva”). Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l (26 g/l għal Rosso Riserva).
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Teate u Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Teate riserva
DESKRIZZJONI QASIRA
|
Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
|
Riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħwawar, intensi, etereali u bi ħjiel ta’ ġamm meta l-għeneb jiġi parzjalment imqadded; |
|
Togħma: mimlija, robusta, armojuża, kemxejn tannika. |
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol. (13 % vol. għall-indikazzjoni “riserva”). |
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l (28 g/l għal Rosso Riserva). (għall-indikazzjoni “riserva” l-aċidità totali minima hija: 5,0 g/l). |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Montepulciano d’Abruzzo “Terre di Chieti” superiore:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: etereali, aromi ta’ frott aħmar, ħwawar u b’karattri fini fil-fażi tat-tqaddim, u bi ħjiel ta’ ġamm meta l-għeneb jiġi parzjalment imqadded; |
— |
togħma: xotta, armonjuża, bnina, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma ratba; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol. b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 25,00 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
8. Montepulciano d’Abruzzo “Terre di Chieti” riserva:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: ta’ ħwawar u dejjiema; |
— |
togħma: xotta, dejjiema u bbilanċjata; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % vol. b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 27,00 g/l |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
9. Montepulciano d’Abruzzo “Terre Aquilane” jew “Terre de L’Aquila” superiore:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: etereali, aromi ta’ frott aħmar, ħwawar u b’karattri fini fil-fażi tat-tqaddim, u bi ħjiel ta’ ġamm meta l-għeneb jiġi parzjalment imqadded; |
— |
togħma: xotta, armonjuża, bnina, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma ratba; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol., b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 25,00 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
10. Montepulciano d’Abruzzo “Terre Aquilane” jew “Terre de L’Aquila” riserva:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: ta’ ħwawar u dejjiema; |
— |
togħma: xotta, dejjiema u bbilanċjata; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % vol. b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 27,00 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
11. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona “Colline Pescaresi ” superiore:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: etereali, aromi ta’ frott aħmar, ħwawar u b’karattri fini fil-fażi tat-tqaddim, u bi ħjiel ta’ ġamm meta l-għeneb jiġi parzjalment imqadded; |
— |
togħma: xotta, armonjuża, bnina, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma ratba; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol., b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 25,00 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
12. Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona “Colline Pescaresi” riserva:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: ta’ ħwawar u dejjiema; |
— |
togħma: xotta, dejjiema u bbilanċjata; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % vol. b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 27,00 g/l |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,50 |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
13. Montepulciano d’Abruzzo “San Martino sulla Marruccina” superiore:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubini skur bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: aromi ta’ frott aħmar matur, ħwawar, intensi, etereali; |
— |
togħma: mimlija, xotta, armojuża, kemxejn tannika; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol.; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
14. Montepulciano d’Abruzzo “San Martino sulla Marruccina” riserva:
DESKRIZZJONI QASIRA
— |
dehra viżiva: aħmar rubin skur, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; |
— |
riħa: ta’ ħwawar u dejjiema; |
— |
togħma: xotta, dejjiema u bbilanċjata; |
— |
qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % vol. b’massimu ta’ 4,0 g/l ta’ zokkrijiet riduċenti; |
— |
estratt minimu mingħajr zokkor: 28,00 g/l |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
—
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. |
Montepulciano d’Abruzzo 15 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
2. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Casauria jew Terre di Casauria 9 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
3. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Vestini 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
4. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Alto Tirino 9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
5. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre dei Peligni 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Teate 12 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
7. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona Terre di Chieti, Terre delL’Aquila jew Terre Aquilane, Colline Pescaresi 13 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. |
Montepulciano d’Abruzzo tas-subżona San Martino sulla Marruccina 12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tad-DOP tal-inbid Montepulciano d'Abruzzo tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
1) |
il-provinċja ta’ Chieti: Altino, Archi, Ari, Arielli, Atessa, Bomba, Bucchianico, Canosa Sannita, Carunchio, Casacanditella, Casalanguida, Casalincontrada, Carpineto Sinello, Casalbordino, Casoli, Castel Frentano, Celenza sul Trigno, Chieti, Civitella Messer Raimondo, Crecchio, Cupello, Dogliola, Fara Filiorum Petri, Fara San Martino, Filetto, Fossacesia, Francavilla, Fresagrandinaria, Frisa, Furci, Gessopalena, Gissi, Giuliano Teatino, Guardiagrele, Guilmi, Lama dei Peligni, Lanciano, Lentella, Liscia, Miglianico, Monteodorisio, Mozzagrogna, Orsogna, Ortona, Paglieta, Palmoli, Palombaro, Pennapiedimonte, Perano, Poggiofiorito, Pollutri, Pretoro, Rapino, Ripa Teatina, Roccascalegna, Roccamontepiano, Rocca San Giovanni, San Buono, Sant’Eusanio del Sangro, San Giovanni Teatino, Santa Maria Imbaro, San Martino sulla Marrucina, San Salvo, San Vito Chietino, Scerni, Tollo, Torino di Sangro, Tornareccio, Torrevecchia Teatina, Treglio, Tufillo, Vasto, Villalfonsina, Villamagna, Vacri |
2) |
il-provinċja ta’ L’Aquila: Acciano, Anversa degli Abruzzi, Balsorano, Bugnara, Canistro, Capestrano, Castel di Ieri, Castelvecchio Subequo, Civita d’Antino, Civitella Roveto, Cocullo, Corfinio, Fagnano Alto, Fontecchio, Fossa, Gagliano Aterno, Goriano Sicoli, Introdacqua, Molina Aterno, Morino, Ofena, Pacentro, Poggio Picenze, Pratola Peligna, Pettorano sul Gizio, Prezza, Raiano, Rocca Casale, San Demetrio nei Vestini, Sant’Eusanio Forconese, San Vincenzo Valle Roveto, Secinaro, Sulmona, Tione d’Abruzzi, Villa S. Angelo, Villa S. Lucia, Vittorito. |
3) |
il-provinċja ta’ Pescara: Alanno, Bolognano, Brittoli, Bussi, Cappelle sul Tavo, Castiglione a Casauria, Catignano, Cepagatti, Città Sant’Angelo, Civitella Casanova, Civitaquana, Collecorvino, Corvara, Cugnoli, Elice, Farindola, Lettomanoppello, Loreto Aprutino, Manoppello, Montebello di Bertona, Montesilvano, Moscufo, Nocciano, Penne, Pianella, Pietranico, Picciano, Pescara, Pescosansonesco, Popoli, Rosciano, San Valentino, Scafa, Serramonacesca, Spoltore, Tocco da Casauria, Torre de’ Passeri, Turrivalignani, Vicoli; |
4) |
il-provinċja ta’ Teramo: Alba Adriatica, Ancarano, Atri, Basciano, Bellante, Bisenti, Campli, Canzano, Castel Castagno, Castellato, Castiglion Messer Raimondo, Castilenti, Cellino Attanasio, Cermignano, Civitella del Tronto, Colledara, Colonnella, Controguerra, Corropoli, Giulianova, Martinsicuro, Montefino, Montorio al Vomano, Morro d’Oro, Mosciano, Nereto, Notaresco, Penna S. Andrea, Pineto, Roseto degli Abruzzi, Sant’Egidio, Sant’Omero, Silvi, Teramo, Torano Nuovo, Tortoreto, Tossicia u Isola del Gran Sasso |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Montepulciano N.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Id-DOP Montepulciano d’Abruzzo inkluż għas-subżoni
A) Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika.
1) Fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tinkludi l-istrixxa kollha ta’ għoljiet tul il-kosta u ta’ qiegħ il-muntanji tar-reġjun ta’ Abruzzo li, fin-nofs tagħha, testendi “l ġewwa biex tinkludi l-plateau ta’ Alto Tirino fit-Tramuntana, il-Wied ta’ Subequana lejn il-Majjistral, il-Wied ta’ Peligna fin-Nofsinhar u l-Wied ta’ Roveto lejn il-Lbiċ.
Il-formazzjonijiet tal-għoljiet involuti fil-kultivazzjoni tad-dwieli, li jikkonsistu f’depożiti tal-Plijo-Plejstoċenu li mlew il-baċir Perjadrijatiku permezz ta’ ċiklu ta’ sedimentazzjoni marina li seħħ bejn tmiem l-Era Terzjarja u l-bidu tal-Kwaternarju, jestendu fuq medda wiesgħa madwar 20-25 kilometru u twila madwar 125 kilometru, mix-xmara Tronto sax-xmara Trigno, flimkien ma’ xi baċiri bejn il-muntanji fil-parti ċentrali tar-reġjun Abruzzo. Mil-lat granulometriku, dawn il-formazzjonijiet jistgħu jitqiesu pjuttost varjabbli: it-tafal ramli, lejn il-parti ta’ fuq tal-formazzjoni, huwa miksi minn ramel siliċiku ta’ daqs fin u medju, xi ftit jew wisq tafli, ta’ kulur isfar minħabba l-alterazzjoni tal-ossidi tal-ħadid, b’siment kalkarju jew tafli, ġeneralment skars, ħafna drabi b’livelli ta’ ħama, żrar u tafal bejnietu. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-ħamrija li toriġina għandha distribuzzjoni ugwali tal-materjali li minnhom tifforma ħamrija bi struttura ramlija-tafal, ġeneralment maħlula, bi ħxuna li tvarja skont l-inklinazzjoni u l-esponiment fil-parti ċentrali u tan-Nofsinhar taż-żona kkonċernata u b’tendenza li jkun aktar tafli fil-parti tat-Tramuntana. Il-baċiri bejn il-muntanji jikkonsistu minn terrazzi fluvjoalluvjali qodma b’depożiti ta’ debris b’inklinazzjoni baxxa li jagħmlu din l-art partikolarment maħlula, bi ħxuna li tvarja skont l-inklinazzjoni u l-espożizzjoni. Iż-żamma tal-ilma ġeneralment tkun medja-baxxa bi ftit li xejn nutrijenti u ħumus. L-altitudni tal-art ikkultivata bid-dwieli tista’ tilħaq sa 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, b’inklinazzjonijiet u b’espożizzjonijiet li jvarjaw skont l-inklinazzjoni u meta l-kundizzjonijiet orografiċi u l-espożizzjoni fin-Nofsinhar ikunu favorevoli għal maturazzjoni fenolika sħiħa. Huma esklużi l-artijiet li jinsabu fil-qigħan ta’ widien umdużi.
2) Il-fatturi umani rilevanti għar-rabta
Il-preżenza tad-dwieli u l-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor tajbin fiż-żona tal-produzzjoni demarkata tmur lura għal Polibju, storiku Grieg li kien ħaj bejn il-205 u l-123 Q.K., li, fir-rakkont tiegħu tal-għemejjel ta’ Annibale wara r-rebħa f’Cannae (216 Q.K.), faħħar l-inbejjed ta’ din iż-żona għax kienu fejqu lill-midruba u taw is-saħħa lura lill-irġiel. Il-poeta Latin Publiju Ovidu Naso, imwieled f’Sulmona fis-sena 43 Q.K., ukoll evoka lil art twelidu fil-versi tiegħu: ‘Sulmona, it-tielet parti tal-kampanja ta’ Peligna, issaħħarni, art ċkejkna, iżda vigoruża minħabba n-nixxigħat tal-ilma tagħha. Art fertili tal-isbula ta’ Ċeres, u iżjed minn hekk tal-għeneb, b’xi għelieqi wkoll tas-siġar ta’ Pallade, dik taż-żebbuġ,’.
Minn dakinhar, ħafna kittieba oħra faħħru l-kwalitajiet tal-inbejjed prodotti fir-reġjun tal-Abruzzo, iżda l-ewwel informazzjoni storika dwar il-preżenza tad-dielja Montepulciano fl-Abruzzo tinsab fix-xogħol ta’ Michele Torcia bl-isem Saggio Itinerario Nazionale pel Paese dei Peligni tal-1792. Wara Torcia, ħafna testi storiċi u manwali tekniċi jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ din il-varjetà ta’ għeneb: infakkru f’Panfilo Serafini (Sulmona 1817-1864) li, fil-Monografia storica di Sulmona, li ħareġ fl-1854 f’Napli fil-perjodiku notevoli Il Regno delle Due Sicilie scritto ed illustrato, kiteb: ‘L-aktar dwieli komuni huma Montepulciano, bikri, cordisco jew tardiv...’; fil-Professur Andrea Vivenza bil-Brevi norme per fare il vino tal-1867; f’Edoardo Ottavi u Arturo Marescalchi bix-xogħol intitolat Vade-Mecum del commerciante di uve e di vini in Italia, li l-ewwel edizzjoni tiegħu ġiet ippubblikata fl-1897. Din id-dielja, li akklimatizzat perfettament fiż-żoni interni, partikolarment fil-Valle Peligna fejn kienet inizjalment limitata, infirxet lejn l-aħħar tas-seklu 19 għall-istrixxa tal-kosta u wara t-Tieni Gwerra Dinjija saret il-varjetà ta’ għeneb aħmar l-aktar ikkultivata fir-reġjun. Illum tifforma l-bażi tal-inbid l-aktar importanti u apprezzat tal-Abruzzo, is-simbolu enoloġiku ta’ reġjun sħiħ, id-DOP Montepulciano d'Abruzzo, rikonoxxuta fl-1968, li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħha ġiet emendata diversi drabi matul is-snin biex jiġi kkwalifikat il-prodott u jiġi identifikat it-territorju bl-identifikazzjoni ta’ subżoni speċifiċi.
8.2. Id-DOP Montepulciano d’Abruzzo inkluż għas-subżoni
B) L-informazzjoni dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott jirriżultaw essenzjalment jew esklussivament mill-ambjent ġeografiku.
Il-preżenza tul sekli sħaħ u l-bilanċ partikolari li l-varjetà ta’ għeneb Montepulciano sabet fiż-żona kkonċernata, jwasslu biex din id-dielja titqies bħala ‘varjetà indiġena’ tal-Abruzzo, li l-partikolaritajiet tagħha huma espressi bis-sħiħ fl-inbid tad-DOK Montepulciano d'Abruzzo, li mil-lat analitiku u organolettiku jesprimi karatteristiċi proprji u speċifiċi, deskritti fil-qosor u b’mod mhux eżawrjenti fl-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.
B’mod partikolari, l-inbid għandu kulur aħmar rubin skur, bi sfumaturi kemxejn vjola, li joqrob lejn lewn il-granata maż-żmien; l-aroma tipika hija dik tal-frott aħmar (ċirasa, tut) filwaqt li fl-inbejjed imqaddmin hemm ħjiel ta’ ġamm u ħwawar (bżar, tabakk, likurizja); it-togħma hija xotta, kemxejn tannika, bellusija u armonjuża.
C) Deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali bejn l-aspetti msemmija fil-punt (a) u dawk imsemmija fil-punt (b).
Iż-żona ġeografika vasta kkonċernata, li tikkorrispondi għal aktar minn terz tar-reġjun kollu tal-Abruzzo, għalkemm tippreżenta orografija u tip ta’ ħamrija pjuttost omoġenji, hija fil-fatt ikkaratterizzata minn kundizzjonijiet klimatiċi kemxejn differenti, mit-Tramuntana san-Nofsinhar u mil-Lvant sal-Punent, li jagħmluha possibbli li jiġu identifikati żoni iżgħar ikkaratterizzati minn kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi (xita, temperatura, ventilazzjoni, eċċ.) li, flimkien man-natura differenti tal-ħamrija u l-espożizzjoni, jinfluwenzaw b’mod pjuttost sinifikanti l-karatteristiċi tal-produzzjoni veġetattiva tal-varjetà Montepulciano, il-bażi essenzjali jekk mhux esklussiva tal-inbid bl-istess isem li ilu jiġi prodott fl-Abruzzo għal aktar minn żewġ sekli. Studji dwar il-karatterizzazzjoni tal-inbejjed Montepulciano d'Abruzzo fil-fatt għamluha possibbli li jiġu distinti territorji speċifiċi: Minbarra s-subżona Colline Teramane, li saret DOCG distinta fl-2003, demarkata għall-ewwel ħames subżoni bħala Terre di Casauria, Terre dei Vestini, Alto Tirino, Valle dei Peligni u Teate, ġew miżjuda erba’ subżoni ġodda, li tlieta minnhom jinkludu ż-żoni xierqa tal-provinċji ta’ Pescara, Chieti u L'Aquila, għal total ta’ 9 (disa’) subżoni li minnhom 3 (tlieta) huma ta’ ordni provinċjali, jiġifieri Terre di Chieti, Terre Aquilane, u Colline Pescaresi, u 1 (waħda) ta’ ordni muniċipali, San Martino sulla Marruccina, li kapaċi jsaħħu l-ispeċifiċitajiet tat-territorji individwali demarkati.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Id-DOP Montepulciano d'Abruzzo - L-użu ta’ Unità Ġeografika Addizzjonali
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Huma previsti s-subżoni li ġejjin:
— |
Casauria jew Terre di Casauria; |
— |
Terre dei Vestini; |
— |
Alto Tirino; |
— |
Terre dei Peligni; |
— |
Teate; |
— |
Terre Aquilane jew Terre de L'Aquila; |
— |
Colline Pescaresi; |
— |
San Martino sulla Marrucina; |
— |
Terre di Chieti bl-indikazzjonijiet ta’ Unitajiet Ġeografiċi addizzjonali iżgħar minn fost dawn li ġejjin: Colline Teatine jew Teatino, Colline Frentane jew Frentania jew Frentano; Colline del Sangro; Colline del Vastese jew Hystonium. |
Id-DOP Montepulciano d'Abruzzo inkluż għas-subżoni
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
— |
Annata |
Fuq it-tikketta tal-inbejjed Montepulciano d'Abruzzo huwa obbligatorju li tiġi indikata l-annata tal-produzzjoni tal-għeneb.
Id-DOP Montepulciano d'Abruzzo
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
— |
Materjali u volumi nominali tal-kontenituri. L-ippakkjar tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Montepulciano d'Abruzzo, għandu jsir f’kontenituri tal-ħġieġ tal-kapaċitajiet nominali stabbiliti mir-regolamenti fis-seħħ. Barra minn hekk, għall-inbid imsemmi fil-paragrafu preċedenti bl-eċċezzjoni tat-tipi kwalifikati minn subżoni u Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali, l-użu ta’ kontenituri magħmula minn materjali oħra adattati biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, li nominalment jesgħu mhux inqas minn 2 litri, huwa permess. |
— |
Għeluq tal-kontenituri. Għall-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Montepulciano d'Abruzzo, bl-eċċezzjoni tas-subżoni u l-Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali, kull għeluq permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ huwa permess, bl-eċċezzjoni ta’ kapsuni u tappijiet li jinfetħu b’daqqa ta’ saba”. |
Montepulciano d'Abruzzo b’referenza għas-subżoni
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Is-subżona Casauria jew Terre di Casauria:
— |
Materjali u volumi nominali tal-kontenituri. L-inbid jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum biss f’kontenituri tal-ħġieġ b’volum nominali f’litri ta’: 0,750 - 1,500 - 3,000 - 6,000. |
— |
Għeluq tal-kontenituri. Huwa obbligatorju l-użu ta’ tapp tas-sufra tat-tip bil-flanġ. |
Is-subżoni Terre dei Vestini, Alto Tirino, Terre dei Peligni:
— |
Materjali u volumi nominali tal-kontenituri. L-inbid jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum biss f’kontenituri tal-ħġieġ b’volum nominali f’litri ta’: 0,375 - 0,750 - 1,500 - 3,000 - 6,000 |
— |
Għeluq tal-kontenituri. Huwa obbligatorju l-użu ta’ tapp tas-sufra tat-tip bil-flanġ. |
Is-subżona Teate:
— |
Materjali u volumi nominali tal-kontenituri. Għall-ippakkjar tal-inbid Montepulciano d'Abruzzo tas-subżona Teate, huwa permess l-użu ta’ kull kontenitur previst mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-inbid bid-DOK Montepulciano d'Abruzzo tas-subżona Teate bl-indikazzjoni “riserva” irid jiġi ppakkjat f’kontenituri ta’ volum nominali f’litri ta’: 0,750 - 1,500 - 3,000 - 6,000. |
— |
Għeluq tal-kontenituri. Huwa permess l-użu ta’ kull sistema ta’ għeluq prevista fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Għall-inbid tad-DOC Montepulciano d'Abruzzo tas-subżona Teate bl-indikazzjoni “riserva”, huwa permess biss l-użu ta’ tapp tas-sufra tat-tip bil-flanġ. Is-subżoni Terre di Chieti, Terre de L'Aquila jew Terre Aquilane, Colline Pescaresi, San Martino sulla Marruccina |
— |
Materjali u volumi nominali tal-kontenituri. Għall-ippakkjar tal-inbid jistgħu jintużaw biss fliexken tal-ħġieġ ta’ forma tradizzjonali u volum nominali f’litri ta’: 0,375 - 0,750 - 1,500 - -3,00 - 6,00 u formati speċjali ta’ volum nominali ta’ sa 27 litru. |
— |
Għeluq tal-kontenituri. Għall-inbid Montepulciano d'Abruzzo segwit mill-indikazzjoni “riserva”, huwa permess biss l-użu ta’ tapp tas-sufra tat-tip bil-flanġ. |
Montepulciano d'Abruzzo b’referenza għas-subżoni
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
is-subżoni Casauria jew Terre di Casauria, Terre dei Vestini, Alto Tirino, Terre dei Peligni, Teate, Terre Aquilane jew Terre de L'Aquila, Colline Pescaresi, San Martino sulla Marruccina:
— |
Karattri u pożizzjoni fuq it-tikketta: L-isem tas-subżona individwali Casauria jew Terre di Casauria, Terre dei Vestini, Alto Tirino, Terre dei Peligni, Teate, Terre Aquilane jew Terre de L'Aquila, Colline Pescaresi, u San Martino sulla Marruccina għandu dejjem jippreċedi d-denominazzjoni “Montepulciano d'Abruzzo” mingħajr xejn bejniethom u jkun b’karattri tal-istess daqs jew akbar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Montepulciano d'Abruzzo”. Is-subżona Terre di Chieti |
— |
Karattri u pożizzjoni fuq it-tikketta. L-isem tas-subżona Terre di Chieti għandu dejjem jippreċedi d-denominazzjoni “Montepulciano d'Abruzzo” mingħajr xejn bejniethom u jkun b’karattri tal-istess daqs jew akbar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Montepulciano d'Abruzzo”. Fid-deżinjazzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Montepulciano d'Abruzzo akkumpanjata mis-subżona Terre di Chieti, huwa permess l-użu tal-Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali Colline Teatine jew Teatino; Colline Frentane jew Frentania jew Frentano; Colline del Sangro; Colline del Vastese jew Hystonium. L-isem tal-unità ġeografika supramuniċipali għandu dejjem jidher taħt l-isem tas-subżona u b’karattri iżgħar. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/19401