EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2023/204/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2023/C 204/06

PUB/2023/617

ĠU C 204, 12.6.2023, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/27


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/06)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-“sena tal-art nouveau”, li se ssir matul l-2023 fil-Belġju

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri dettall dekorattiv mill-faċċata tal-“Hotel Van Eetvelde”, dar ikonika tal-belt fi Brussell li tfasslet mill-arkitett tal-art nouveau Belġjan, Victor Horta, u li ġiet rikonoxxuta bħala Wirt Dinji tal-Unesco. Il-linji mgħawġa u asimmetriċi ta’ dan id-dettall dekorattiv jirriflettu l-istil karatteristiku tal-moviment tal-art nouveau ispirat min-natura. Dan id-dettall jimla n-nofs ta’ isfel tad-disinn, u jħalli spazju vojt fuq in-nofs ta’ fuq, li jimtela bid-deskrizzjoni “ART NOUVEAU”. Fuq il-lemin estrem hemm l-inizjali tad-disinjatur Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se toħroġ il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-balletta ta’ merkurju tinsab fuq ix-xellug nett flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur Belġjan taz-zekka, fjura tal-aster quddiem flask Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż BE u s-sena 2023.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:155 000

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


Top