This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0201
Case T-201/23: Action brought on 17 April 2023 — CRA v Council
Kawża T-201/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 – CRA vs Il-Kunsill
Kawża T-201/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 – CRA vs Il-Kunsill
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/41 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 – CRA vs Il-Kunsill
(Kawża T-201/23)
(2023/C 189/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Communications Regulatory Authority (CRA) (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. Clay, T. Zahedi Vafa u K. Mehtiyeva, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/152 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), bħala kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, fil-parti li tinkludi lir-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 359/2011. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċess ta’ poter imwettaq mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent jargumenta li, billi ddeċieda li jinkludiha fil-lista tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi, il-Kunsill wettaq eċċess ta’ poter, għar-raġuni li l-imsemmija deċiżjoni ttieħdet biss minħabba r-rabta statutorja li teżisti bejn ir-rikorrent u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat. Skont ir-rikorrenti, il-motivi esposti bħala bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill huma biss preżunzjonijiet fattwali li n-natura żbaljata tagħhom tivvizzja l-validità tal-motivazzjoni. Din il-motivazzjoni purament formali tad-deċiżjoni timplika konfutazzjoni tal-oneru tal-prova li tobbliga lir-rikorrenti tipprova fatt negattiv sabiex tikkontesta l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kunsill, minn naħa, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u, min-naħa l-oħra, huwa ssostanzja ħażin id-deċiżjoni li jinkludiha fil-lista tal-entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrenti targumenta li s-sanzjonijiet meħuda fil-konfront tal-Iran wasslu għaż-żamma ta’ għodod partikolarment utli għaliha, fosthom waħda li tintuża sabiex jiġi evitat li frekwenzi Iranjani jikkoinċidu ma’ dawk tal-Istati ġirien u l-oħra, il-Location Based System, għal-lokalizzazzjoni preċiża ta’ apparat konness. Barra minn hekk, in-natura sproporzjonata tad-deċiżjoni tal-Kunsill hija manifesta bil-kobor tal-konsegwenzi tal-miżuri meħuda fil-konfront tar-rikorrenti sa fejn il-kapaċitajiet ta’ din tal-aħħar li twettaq il-missjoni tagħha ta’ interess ġenerali huma affettwati ħafna. |