Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0186

    Kawża T-186/23: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACK INSOMNIA COFFEE COMPANY)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/37


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACK INSOMNIA COFFEE COMPANY)

    (Kawża T-186/23)

    (2023/C 189/49)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Insomnia Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: L. Cassidy, A. Reynolds u P. Smyth, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Black Insomnia Coffee Co. Ltd (Winchester, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INSOMNIA COFFEE COMPANY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 128 261

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 671/2022-1 u R 678/2022-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell fil-Każ R 678/2022-1 u tirrifjuta t-trade mark fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha fil-Klassi 25;

    tordna li l-ispejjeż tar-rikorrenti jitħallsu (skont l-Artikoli 133 u 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali).

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top