This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0185
Case T-185/23: Action brought on 11 April 2023 — Insomnia v EUIPO — Black Insomnia Coffee (BLACK INSOMNIA)
Kawża T-185/23: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACKINSOMNIA)
Kawża T-185/23: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACKINSOMNIA)
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/36 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACKINSOMNIA)
(Kawża T-185/23)
(2023/C 189/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Insomnia Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: L. Cassidy, A. Reynolds u P. Smyth, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Black Insomnia Coffee Co. Ltd (Winchester, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BLACK INSOMNIA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 128 257
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 679/2022-1 u R 692/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell fil-Każ R 679/2022-1 u tirrifjuta t-trade mark fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha fil-Klassi 25; |
— |
tordna li l-ispejjeż tar-rikorrenti jitħallsu (skont l-Artikoli 133 u 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali). |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |