This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0157
Case C-157/23, Ford Italia: Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy) lodged on 13 March 2023 — Ford Italia SpA v ZP, Stracciari SpA
Kawża C-157/23, Ford Italia: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2023 – Ford Italia SpA vs ZP, Stracciari SpA
Kawża C-157/23, Ford Italia: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2023 – Ford Italia SpA vs ZP, Stracciari SpA
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2023 – Ford Italia SpA vs ZP, Stracciari SpA
(Kawża C-157/23, Ford Italia)
(2023/C 189/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ford Italia SpA
Konvenuti: ZP, Stracciari SpA
Domanda preliminari
Hija konformi mal-Artikolu 3[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) – u, jekk ma hijiex konformi, għaliex ma hijiex – l-interpretazzjoni li testendi r-responsabbiltà tal-manifattur għall-fornitur, anki jekk dan tal-aħħar ma waħħalx materjalment fuq l-oġġett l-isem, it-trade mark jew sinjal distintiv ieħor tiegħu, biss għaliex il-fornitur għandu isem, trade mark jew sinjal distintiv ieħor totalment jew parzjalment l-istess bħal dak tal-manifattur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.