Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0078

    Kawża C-78/23, Deutsche Lufthansa: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Steinfurt (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2023 – UE vs Deutsche Lufthansa AG

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Steinfurt (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2023 – UE vs Deutsche Lufthansa AG

    (Kawża C-78/23, Deutsche Lufthansa)

    (2023/C 189/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Steinfurt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UE

    Konvenut: Deutsche Lufthansa AG

    Domandi preliminari

    Avviż ta’ bidla ta’ riżervazzjoni, bil-formulazzjoni riprodotta hawn isfel, u bil-lista sussegwenti tal-partijiet tat-titjira tal-vjaġġ bir-ritorn li huma miżmuma minn dawk indikati fil-konfermazzjoni tar-riżervazzjoni, jissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi ta’ “informati bil-kanċellazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

    “Bidla tar-riżervazzjoni

    [Isem tat-trasportatur tal-ajru] Numru ta’ riżervazzjoni: […]

    (uri/ibdel ir-riżervazzjoni)

    Għażiża klijenta, għażiż klijent,

    Minħabba l-kriżi tal-coronavirus, huwa neċessarju li nkomplu nadattaw il-pjan ta’ titjira tagħna. Dan wassal ukoll għal bidla fir-riżervazzjoni tiegħek.

    Ipprovajna nsibu l-aħjar konnessjoni possibbli għalik u nitolbuk, jekk jogħġbok, tivverifika l-bidla fir-riżervazzjoni tiegħek. It-titjiriet kollha tal-vjaġġ tiegħek li nżammu huma elenkati; it-titjiriet li ġew ikkanċellati ma ġewx riprodotti.”


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top