This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0061
Case C-61/23, Еkostroy: Request for a preliminary ruling from the Аdministrativen sad Haskovo (Bulgaria) lodged on 7 February 2023 — ‘Ekostroy’ EOOD v Agentsia ‘Patna infrastruktura’
Kawża C-61/23, Ekostroy: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2023 – “Ekostroy” EOOD vs Agentsia “Patna infrastruktura”
Kawża C-61/23, Ekostroy: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2023 – “Ekostroy” EOOD vs Agentsia “Patna infrastruktura”
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2023 – “Ekostroy” EOOD vs Agentsia “Patna infrastruktura”
(Kawża C-61/23, Ekostroy)
(2023/C 189/14)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Haskovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Ekostroy” EOOD
Konvenut: Agentsia “Patna infrastruktura”
Domanda preliminari
L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-direttiva, rekwiżit li huwa previst f’dan l-artikolu, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, filwaqt li tippermetti eżenzjoni mir-responsabbiltà amministrattiva ta’ natura kriminali fil-każ li titħallas “tariffa kumpensatorja”, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multa jew ta’ sanzjoni pekunjarja li l-ammont tagħhom huwa stabbilit minn qabel fir-rigward tal-ksur, irrispettivament min-natura u mill-gravità tiegħu, tar-regoli marbuta mal-obbligu li jitħejja u jitħallas bil-quddiem il-pedaġġ marbut mal-użu tal-infrastruttura tat-toroq?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372.