This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CA0001
Case C-1/23 PPU, Afrin: Judgment of the Court (Third Chamber) of 18 April 2023 (request for a preliminary ruling from the Tribunal de première instance francophone de Bruxelles — Belgium) — X, Y, A, legally represented by X and Y, B, legally represented by X and Y v État belge (Reference for a preliminary ruling — Urgent preliminary ruling procedure — Border controls, asylum and immigration — Immigration policy — Directive 2003/86/EC — Right to family reunification — Article 5(1) — Submission of an application for entry and residence for the purposes of exercising the right to family reunification — Legislation of a Member State requiring the sponsor’s family members to submit the application in person to the competent diplomatic post of that Member State — Impossibility or excessive difficulty to reach that post — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Articles 7 and 24)
Kawża C-1/23 PPU, Afrin: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2003/86/KE – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Artikolu 5(1) – Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-membri tal-familja tal-isponsor li jippreżentaw l-applikazzjoni personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika kompetenti ta’ dan l-Istat Membru – Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li persuna tmur fl-imsemmija rappreżentanza – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7 u 24)

ĠU C 189, 30.5.2023, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge
(Kawża C-1/23 PPU (1), Afrin (2))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 5(1) - Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-membri tal-familja tal-isponsor li jippreżentaw l-applikazzjoni personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika kompetenti ta’ dan l-Istat Membru - Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li persuna tmur fl-imsemmija rappreżentanza - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 24)
(2023/C 189/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance francophone de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y
Konvenut: État belge
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqri flimkien mal-Artikolu 7 kif ukoll mal-Artikolu 24(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ, għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja, li l-membri tal-familja tal-isponsor, b’mod partikolari ta’ refuġjat irrikonoxxut, imorru personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari ta’ Stat Membru kompetenti għall-post tar-residenza tagħhom jew tar-residenza tagħhom barra mill-pajjiż, inkluż f’sitwazzjoni li fiha jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli għalihom li jmorru quddiem din ir-rappreżentanza, bla ħsara għall-possibbiltà għal dan l-Istat Membru li jeżiġi li dawn il-membri jidhru personalment fi stadju sussegwenti tal-proċedura għal applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja.
(2) L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju. Ma jikkorrispondix mal-isem veru ta’ parti fil-proċedura.