Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0002

    Kawża T-2/23: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2023 – Romagnoli Fratelli vs CPVO

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/38


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2023 – Romagnoli Fratelli vs CPVO

    (Kawża T-2/23)

    (2023/C 71/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Romagnoli Fratelli SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: E. Truffo u A. Iurato, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

    Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: Varjetà Melrose – Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti UE 31618

    Deċiżjoni kkontestata: Restitutio in Integrum Deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tas-7 ta’ Novembru 2022 fil-każ Nru 2009/240

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-CPVO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Forza maġġuri u tbatija minħabba l-pandemija tal-Covid-19;

    Żball skużabbli;

    Interpretazzjoni żbaljata jew mhux preċiża tal-provi;

    Ksur tal-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009.


    Top