Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0799

    Kawża T-799/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Thunus et vs BEI

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/36


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Thunus et vs BEI

    (Kawża T-799/22)

    (2023/C 71/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u tmien rikorrenti oħra (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, inkluż f’dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni ta’ illegalità li huwa jinkludi;

    u konsegwentement:

    tannulla d-deċiżjoni li tinstab fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Frar 2022 (għal disa’ rikorrenti) jew ta’ April 2022 (għal rikorrenti) li tiżvela għall-ewwel darba l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-15 ta’ Diċembru 2021 li tiddefinixxi ż-żieda fis-salarju għas-sena 2022 u d-deċiżjoni tal-Kumitat tad-Diretturi tal-25 ta’ Jannar 2022 li dan il-baġit salarjali jintuża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinstabu fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti;

    għaldaqstant tikkundanna lill-konvenut

    għall-ħlas, bħala kumpens tad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2022 għall-aġenti koperti mill-iStaff Regulation I, jiġifieri żieda ta’ 4,5 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022; (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 0,9 % għall-aġenti koperti mill-iStaff Regulation I għall-2022 fuq l-ammont tas-salarji li għandhom jitħallsu b’effett minn Jannar 2022; (iii) tal-interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti, fejn ir-rata tal-interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw, rispettivament, motiv u tliet motivi, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017, minn naħa, u, fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi tal-15 ta’ Diċembru 2021 u tal-Kumitat tad-Diretturi tal-25 ta’ Jannar 2022, min-naħa l-oħra.

    Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017:

    Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Anness I tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg (iktar ’il-quddiem “Staff Regulation I”) u fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti.

    Fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi tal-15 ta’ Diċembru 2021 u tal-Kumitat tad-Diretturi tal-25 ta’ Jannar 2022

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20 u tal-Anness I tal-iStaff Regulation I;

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ konsultazzjoni u ta’ negozjazzjoni tal-Kulleġġ.

    F’dak li jirrigwarda t-talba tagħhom għal kumpens, ir-rikorrenti jitolbu l-ħlas tad-differenza tar-remunerazzjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022 (inkluż l-effett ta’ din iż-żieda fuq il-benefiċċji pekunjarji) miżjuda b’interessi moratorji.


    Top