Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0480

    Kawża T-480/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament u għad-danni – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Annullament mill-Qorti Ġenerali – Rifjut mill-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji – Rimedji legali – Terminu ta’ preskrizzjoni – Terminu tar-rikors – Tardività – Att li jikkonferma att preċedenti – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/29


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-480/21) (1)

    (“Rikors għal annullament u għad-danni - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Annullament mill-Qorti Ġenerali - Rifjut mill-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji - Rimedji legali - Terminu ta’ preskrizzjoni - Terminu tar-rikors - Tardività - Att li jikkonferma att preċedenti - Inammissibbiltà”)

    (2023/C 71/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: British Airways plc (Harmondsworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Lyle-Smythe u R. O’Donoghue, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, P. Rossi u L. Wildpanner, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha, li hija tindika li tibbaża fuq l-Artikolu 263 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali, minn naħa waħda, li tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea li tħallasha l-ammont tal-interessi moratorji u komposti allegatament dovuti u, min-naħa l-oħra, li tannulla l-ittra tat-30 ta’ April 2021 u l-ittra tat-2 ta’ Lulju 2021, li bihom il-Kummissjoni rrifjutat li tħallasha l-imsemmija interessi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    British Airways plc hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


    Top