Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0706

    Kawża T-706/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – MiMedx Group vs EUIPO – DIZG (Epiflex) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Ċessjoni tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/27


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – MiMedx Group vs EUIPO – DIZG (Epiflex)

    (Kawża T-706/20) (1)

    (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Ċessjoni tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    (2023/C 71/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: MiMedx Group, Inc. (Marietta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bosse u E. Markakis, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DIZG Deutsches Institut für Zell- und Gewebeersatz gGmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Settembru 2020 (Każ R 133/2020-2).

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    MiMedx Group, Inc. u DIZG Deutsches Institut für Zell und Gewebeersatz gGmbH huma kkundannati li jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


    Top