Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0744

    Kawża C-744/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Diċembru 2022 – “Vodosnabdyavane i kanalizatsia” EAD vs PQ

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Diċembru 2022 – “Vodosnabdyavane i kanalizatsia” EAD vs PQ

    (Kawża C-744/22)

    (2023/C 71/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad – Nesebar

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“Vodosnabdyavane i kanalizatsia” EAD

    Konvenut: PQ

    Domandi preliminari

    1)

    Għall-finijiet ta’ proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna kawża mressqa kontra konsumatur għall-ħlas ta’ kontijiet tal-ilma b’ammont żgħir, huma konformi mal-Artikolu 19[(1)] TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 169(1) TFUE, ir-regoli previsti fl-Artikolu 2(5) u fil-punt 1 tal-Artikolu 7(2) tan-Naredba 1 ot 09.07.2004 za minimalnite razmeri na advokatskite vaznagrazhdenia (id-Digriet 1 tad-9 ta’ Lulju 2004 dwar l-ammonti minimi tal-onorarji tal-avukati), applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 47(6) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, iktar ’il quddiem il-“GPK”), dwar ir-regoli għad-determinazzjoni tal-onorarji dovuti lil rappreżentant speċjali tal-konvenut f’sitwazzjoni fejn, fil-każ li l-kawża jkollha eżitu sfavorevoli għall-konsumatur, dan tal-aħħar ikollu jbati wkoll l-ispejjeż tar-rappreżentant speċjali abbażi tal-Artikolu 78(1) tal-GPK?

    2)

    Huwa konformi mal-Artikolu 19[(1)] TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 169(1) TFUE, mekkaniżmu, stabbilit fl-Artikolu 47(6) tal-GPK, flimkien mal-Artikolu 26(1) taż-Zakona za pravnata pomosht (il-Liġi dwar l-Għajnuna Legali), għall-ħatra ta’ rappreżentat speċjali fil-każ li l-konsumatur ma jkunx jista’ jinstab fl-indirizz, li jipprevedi li l-onorarji għandhom jiġu ddeterminati mill-qorti, inkluża l-possibbiltà li dawn jiġu stabbilit f’ammont iżgħar mill-ammonti minimi, f’sitwazzjoni fejn il-ħatra tar-rappreżentant speċjali taqa’ esklużivament taħt il-prerogattivi ta’ korp ieħor, jiġifieri s-Saveta na Advokatskata kolegija (il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati, il-Bulgarija), li jista’, skont id-diskrezzjoni tiegħu u għas-sempliċi raġuni li ma jaqbilx mal-ammont tal-onorarji stabbilit mill-qorti, jirrifjuta li jaħtar rappreżentant speċjali?

    3)

    Fil-każ ta’ rifjut li jinħatar avukat bħala rappreżentant speċjali, il-qorti għandha s-setgħa, b’applikazzjoni diretta tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19[(1)] TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 169(1) TFUE, li tuża mekkaniżmi oħra sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur fil-proċedura, mekkaniżmi li bħala prinċipju ma humiex intiżi li japplikaw f’każijiet bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Bulgarija, bħalma huwa, pereżempju, l-għoti tal-għajnuna legali taħt l-Artikolu 95(1) tal-GPK mingħajr ma tkun saret talba f’dan is-sens min-naħa tal-konsumatur?


    Top