Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0323

    Kawżi magħquda C-323/21 sa C-325/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs B (C-323/21), F (C-324/21) u K vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-325/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Tressiq ta’ diversi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fi tliet Stati Membri – Artikolu 29 – Terminu ta’ trasferiment – Skadenza – Trasferiment tar-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju – Possibbiltà għall-applikant li jinvoka t-trasferiment tar-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs B (C-323/21), F (C-324/21) u K vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-325/21)

    (Kawżi magħquda C-323/21 sa C-325/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Tressiq ta’ diversi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fi tliet Stati Membri - Artikolu 29 - Terminu ta’ trasferiment - Skadenza - Trasferiment tar-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Possibbiltà għall-applikant li jinvoka t-trasferiment tar-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni)

    (2023/C 71/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-323/21), (C-324/21), K (C-325/21)

    Konvenuti: B (C-323/21), F (C-324/21), Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-325/21)

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi C-323/21, C-324/21 u C-325/21 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    L-Artikoli 23 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida,

    għandhom jiġi interpretat fis-sens li:

    meta terminu għat-trasferiment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz ikun beda jiddekorri bejn Stat Membru rikjest u l-ewwel Stat Membru rikjedenti, ir-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mressqa minn din il-persuna tiġi ttrasferita lil dan l-Istat Membru rikjedenti minħabba l-iskadenza ta’ dan it-terminu, anki jekk l-imsemmija persuna tkun ressqet, fil-frattemp, fit-tielet Stat Membru applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali li tkun wasslet għall-aċċettazzjoni, mill-Istat Membru rikjest, ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura inkarigu fformulata minn dan it-tielet Stat Membru, sakemm din ir-responsabbiltà ma tkunx ġiet ittrasferita lill-imsemmi tielet Stat Membru minħabba l-iskadenza ta’ wieħed mit-termini previsti f’dan l-Artikolu 23.

    Wara tali trasferiment tal-imsemmija responsabbiltà, l-Istat Membru li fih tinsab l-istess persuna ma jistax jipproċedi bit-trasferiment ta’ din tal-aħħar lejn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ġdid responsabbli, iżda huwa jista’, għall-kuntrarju, fl-osservanza tat-termini previsti fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, iressaq talba għall-finijiet tat-teħid lura inkarigu quddiem dan l-Istat Membru tal-aħħar.

    3)

    L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ressaq applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali suċċessivament fi tliet Stati Membri għandu jista’ jkollu, fit-tielet wieħed minn dawn l-Istati Membri, rimedju ġudizzjarju effettiv u bil-ħeffa li jippermettilu jinvoka l-fatt li r-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet ittrasferita, minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ trasferiment, previst fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament, lit-tieni wieħed mill-imsemmija Stati Membri.


    (1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


    Top