EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0640

Kawża T-640/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Validity vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti kkofinanzjat mill-FEŻR – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Żvelar wara l-preżentata tar-rikors – Tmiem tal-interess ġuridiku – Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni – Talba għall-adattament tar-rikors – Inammissibbiltà parzjali”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Validity vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti kkofinanzjat mill-FEŻR - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Tmiem tal-interess ġuridiku - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Talba għall-adattament tar-rikors - Inammissibbiltà parzjali”)

(2023/C 35/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: B. Van Vooren u R. Oyarzabal Arigita, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha din irrifjutat l-aċċess għal dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti tal-awtoritajiet Ungeriżi u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2834 final tad-19 ta’ April 2021, li permezz tagħha din tat l-aċċess għall-imsemmija dokumenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat lil Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre l-aċċess għal dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti tal-awtoritajiet Ungeriżi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


Top