EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0379

Kawża T-379/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Basicmed Enterprises et vs Il-Kunsill et (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru – Deċiżjoni 2013/236/UE – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/463/UE – Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali – Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji interni – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dritt għall-proprjetà – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu, parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Basicmed Enterprises et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-379/16) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru - Deċiżjoni 2013/236/UE - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/463/UE - Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali - Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji interni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dritt għall-proprjetà - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu, parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 35/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Basicmed Enterprises Ltd (Limassol, Ċipru), u d-19-il rikorrent l-oħra li isimhom jinsab fl-anness mad-digriet (rappreżentanti: P. Tridimas, K. Kakoulli u P. Panayides, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u I. Gurov, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. P. Keppenne u S. Delaude, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius, G. Várhelyi u K. Drēviņa, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat), Il-Grupp tal-Euro, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u I. Gurov, aġenti), L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. P. Keppenne u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbu minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, minħabba d-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, minħabba d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), minħabba d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/463/UE tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku għal Ċipru u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/236/UE (ĠU 2013, L 250, p. 40), minħabba l-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) kif ukoll minħabba atti oħra u minħabba aġir ieħor tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-BĊE u tal-Grupp tal-Euro inkonnessjoni mal-għoti ta’ faċilità ta’ għajnuna finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Basicmed Enterprises Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top