EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0693

Kawża C-693/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.

(Kawża C-693/22)

(2023/C 35/43)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I. sp. z o.o.

Konvenut: M. W.

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (1) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a), (c) u (e) ta’ dan ir-regolament, u kif ukoll mal-Artikolu 6(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tippermetti l-bejgħ, fi proċedura ta’ eżekuzzjoni, ta’ database, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (2), li tinkludi fiha data personali, jekk is-suġġetti ta’ din id-data ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dan il-bejgħ?


(1)  ĠU 2016 L 119, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.


Top