This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0643
Case C-643/22: Request for a preliminary ruling from the Rechtbank Gelderland (Netherlands) lodged on 12 October 2022 — Stichting BPL Pensioen v Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Kawża C-643/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting BPL Pensioen vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Kawża C-643/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting BPL Pensioen vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
ĠU C 35, 30.1.2023, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting BPL Pensioen vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
(Kawża C-643/22)
(2023/C 35/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stichting BPL Pensioen
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Domanda preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
— |
jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti? |
— |
x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali? |
— |
sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati? |
(1) ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.