EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0769

Kawża C-769/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – AAS “BTA Baltic Insurance Company” vs Iepirkumu uzraudzības birojs, Tieslietu ministrija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 18(1) – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità – Deċiżjoni ta’ rtirar tas-sejħa għal offerti – Offerti sottomessi separatament minn żewġ offerenti li jaqgħu taħt l-istess operatur ekonomiku u li jikkostitwixxu ż-żewġ offerti li huma l-iktar vantaġġużi ekonomikament – Rifjut tal-offerent rebbieħ li jiffirma l-kuntratt – Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tirrifjuta l-offerta tal-offerent sussegwenti, li ttemm il-proċedura u li tniedi sejħa għal offerti ġdida)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – AAS “BTA Baltic Insurance Company” vs Iepirkumu uzraudzības birojs, Tieslietu ministrija

(Kawża C-769/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 18(1) - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità - Deċiżjoni ta’ rtirar tas-sejħa għal offerti - Offerti sottomessi separatament minn żewġ offerenti li jaqgħu taħt l-istess operatur ekonomiku u li jikkostitwixxu ż-żewġ offerti li huma l-iktar vantaġġużi ekonomikament - Rifjut tal-offerent rebbieħ li jiffirma l-kuntratt - Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tirrifjuta l-offerta tal-offerent sussegwenti, li ttemm il-proċedura u li tniedi sejħa għal offerti ġdida)

(2023/C 35/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AAS “BTA Baltic Insurance Company”

Konvenuti: Iepirkumu uzraudzības birojs, Tieslietu ministrija

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi lill-awtorità kontraenti ttemm proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku meta, fil-każ ta’ rtirar tal-offerent inizjalment magħżul li ressaq l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament, l-offerent li ressaq l-offerta sussegwenti li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament jikkostitwixxi operatur ekonomiku wieħed ma’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022


Top