EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0378

Kawża C-378/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta' Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – P GmbH vs Finanzamt Österreich (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 203 – Aġġustament tad-dikjarazzjoni tal-VAT – Benefiċjarji ta’ servizzi li ma jistgħux jinvokaw dritt għal tnaqqis – Assenza ta’ riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta' Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – P GmbH vs Finanzamt Österreich

(Kawża C-378/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 203 - Aġġustament tad-dikjarazzjoni tal-VAT - Benefiċjarji ta’ servizzi li ma jistgħux jinvokaw dritt għal tnaqqis - Assenza ta’ riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali)

(2023/C 35/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P GmbH

Konvenut: Finanzamt Österreich

Dispożittiv

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1065 tas-27 ta’ Ġunju 2016,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

persuna taxxabbli, li pprovdiet servizz u li indikat fuq il-fattura tagħha ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikkalkolata abbażi ta’ rata żbaljata, ma hijiex responsabbli, skont din id-dispożizzjoni, għall-parti tal-VAT iffatturata b’mod żbaljat jekk ma jeżisti ebda riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali minħabba li l-benefiċjarji ta’ dan is-servizz huma esklużivament konsumaturi finali li ma għandhomx dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input.


(1)  ĠU C 349, 30.8.2021.


Top