Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 62022TN0706
Case T-706/22: Action brought on 16 November 2022 — Nicoventures Trading and Others v Commission
Kawża T-706/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-706/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 15, 16.1.2023, S. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/46 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-706/22)
(2023/C 15/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nicoventures Trading Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u ħames rikorrenti oħra (rappreżentanti: L. Van den Hende, M. Schonberg, J. Penz-Evren u P. Wytinck, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-miżura kkontestata (1) b’mod sħiħ; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv li jallega li l-miżura kkontestata tmur lil hinn mis-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikoli 7(12) u 11(6) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2), għar-raġunijiet segwenti:
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega nuqqas ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
(1) Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna (ĠU L 283, 3.11.2022, p. 4)
(2) ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU L 150, 17.6.2015, p. 24.