EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0666

Kawża T-666/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – United Shipping Group vs EUIPO – Baulies Gómez (UNITED WIND LOGISTICS)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/49


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – United Shipping Group vs EUIPO – Baulies Gómez (UNITED WIND LOGISTICS)

(Kawża T-666/22)

(2022/C 472/58)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: United Shipping Group Gmbh & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bornholdt, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pablo Baulies Gómez (Rocafort, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva UNITED WIND LOGISTICS bil-kuluri blu u iswed li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 531 891 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 134/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-appell ikun fondat, u tannulla d-Deċiżjoni Nru B3 131 303 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta’ Novembru 2021, u tiċħad l-oppożizzjoni għall-indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 531 891;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top