EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0654

Kawża T-654/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2022 – M&T 1997 vs EUIPO – VDS Czmyr Kowalik (Pumi ta’ bibien u ta’ twieqi)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/46


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2022 – M&T 1997 vs EUIPO – VDS Czmyr Kowalik (Pumi ta’ bibien u ta’ twieqi)

(Kawża T-654/22)

(2022/C 472/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: M&T 1997, a.s. (Dobruška, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Dobřichovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VDS Czmyr Kowalik sp.k. (Świętochłowice, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 138 008-0031

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 29/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex jintlaqa’ l-appell tar-rikorrenti, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu;

Ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 65(1) tiegħu.


Top