This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0461
Case T-461/21: Judgment of the General Court of 12 October 2022 — MCO (IP) v EUIPO — C8 (C2) (European Union trade mark — Opposition proceedings — Application for European Union figurative mark C2 — Earlier national figurative mark C8 — Relative ground for refusal — Likelihood of confusion — Interdependence of factors — Article 8(1)(b) of Regulation (EU) 2017/1001 — Obligation to state reasons)
Kawża T-461/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 – Trade mark figurattiva preċedenti C8 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Interdipendenza ta’ fatturi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Kawża T-461/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 – Trade mark figurattiva preċedenti C8 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Interdipendenza ta’ fatturi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
ĠU C 472, 12.12.2022, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2)
(Kawża T-461/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 - Trade mark figurattiva preċedenti C8 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Interdipendenza ta’ fatturi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2022/C 472/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: A. Roughton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Georges-Picot u C. Cuny, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 909/2020-2) hija annullata sa fejn tirrigwarda servizzi li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat biss livell baxx ta’ xebh. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
MCO (IP) Holdings Ltd, l-EUIPO u C8 għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |