EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0257

Kawża T-257/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Basaglia vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Aċċess għal dokumenti – Dokumenti relatati ma’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku – Deċiżjoni li tillimita t-talba għal aċċess u li tirrifjuta parzjalment l-aċċess – Annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali – Kundanni minn qrati nazzjonali – Illegalità tal-aġir ikkritikat – Rabta kawżali”)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/21) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aċċess għal dokumenti - Dokumenti relatati ma’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni li tillimita t-talba għal aċċess u li tirrifjuta parzjalment l-aċċess - Annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali - Kundanni minn qrati nazzjonali - Illegalità tal-aġir ikkritikat - Rabta kawżali”)

(2022/C 472/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Balossi, G. Borriello u F. Fimmanò, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, F. Moro u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu finanzjarju, għad-dannu morali u għad-dannu għar-reputazzjoni li huwa sofra minħabba ċ-ċaħda illegali mill-Kummissjoni Ewropea tat-talbiet tiegħu għall-aċċess għad-dokumenti u minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn dik l-istituzzjoni tas-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2020, Basaglia vs Il-Kummissjoni (T-727/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:446).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giorgio Basaglia huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


Top