Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0486

    Kawża T-486/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva Swisse tal-Unjoni Ewropea – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Assenza ta’ karattru distintiv – Trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku – Emblema ta’ Stat – Trade mark li tinkludi badges, emblemi jew crests – Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament 2017/1001] – Mala fide – Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 63(2) tar-Regolament 2017/1001 – Limitu tal-eżami li għandha tiġi operata mill-EUIPO – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 – Dritt ta’ smigħ – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse)

    (Kawża T-486/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Swisse tal-Unjoni Ewropea - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru distintiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku - Emblema ta’ Stat - Trade mark li tinkludi badges, emblemi jew crests - Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament 2017/1001] - Mala fide - Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 63(2) tar-Regolament 2017/1001 - Limitu tal-eżami li għandha tiġi operata mill-EUIPO - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt ta’ smigħ - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

    (2022/C 472/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: D. Rose, L. Flascher, solicitors, u N. Saunders, KC)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giuliani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: S. de Bosio, avukat)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2185/2019-5).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2185/2019-5) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd.

    3)

    Giuliani SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


    Top