EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0593

Kawża C-593/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2022 – FS, WU vs First Bank SA

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2022 – FS, WU vs First Bank SA

(Kawża C-593/22)

(2022/C 472/35)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: FS, WU

Parti oħra fil-proċedura: First Bank SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat:

a)

fis-sens li “klawżola kuntrattwali li tirrifletti dispożizzjonijiet leġiżlattivi” għandha tirriproduċi, kollha kemm hi jew parzjalment, ir-regola ġuridika korrispondenti tad-dispożizzjoni leġiżlattiva rilevanti?

jew

b)

fis-sens li “klawżola kuntrattwali li tirrifletti dispożizzjonijiet leġiżlattivi” għandha tinkludi referenza espressa għar-regola ġuridika korrispondenti tad-dispożizzjoni leġiżlattiva rilevanti?

jew, għall-kuntrarju,

c)

fis-sens li, sabiex tinżamm l-esklużjoni mill-ambitu tal-analiżi tan-natura abbużiva ta’ klawżola kuntrattwali prevista mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, huwa biżżejjed li tiġi applikata r-regola ġenerali tad-dritt ċivili li l-kuntratti huma kkompletati permezz tal-liġi, fl-assenza ta’ kull referenza jew riferiment konkret għar-regola ġuridika korrispondenti tad-dispożizzjoni leġiżlattiva rilevanti?

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tas-sistema legali speċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, huwa eċċessiv li jiġi kkunsidrat li l-konsumatur għandu l-obbligu li jkun jaf il-kontenut tar-regoli ġuridiċi kollha fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkompletaw il-kuntratt, fl-assenza ta’ informazzjoni minn qabel f’dan ir-rigward lill-konsumatur mill-bejjiegħ jew il-fornitur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top