EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0591

Kawża C-591/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Settembru 2022 – L. VOF vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Settembru 2022 – L. VOF vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-591/22)

(2022/C 472/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L. VOF

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domandi preliminari

1)

Meta hija kwistjoni ta’ każ eċċezzjonali, fis-sens tal-punt 2.2.2.2(c), tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (1) tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f’qatgħat ta’ adulti għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, fejn l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet sabiex tiddubita l-korrettezza tar-riżultati pożittivi tat-testijiet, għas-salmonella, ta’ kampjun ta’ rutina fuq l-inizjattiva tal-operatur tas-settur tal-ikel, b’tali mod li din l-awtorità tista’ tiddeċiedi li tirrepeti t-testijiet?

2)

Il-fatturi li ġejjin huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex kwistjoni ta’ każ eċċezzjonali fis-sens tal-punt 2.2.2.2(c) tal-Anness tar-Regolament 200/2010:

i)

l-eżistenza ta’ (diversi) riżultati ta’ testijiet negattivi, għat-tip ta’ salmonella kkonċernat, miksub mill-kampjuni suċċessivi meħuda fuq l-inizjattiva tal-operatur tas-settur tal-ikel;

ii)

il-fatt li wieħed biss miż-żewġ kampjuni meħuda għal kull gallinar ta lok għal riżultat pożittiv għas-salmonella;

iii)

l-istatus tat-tilqim tal-bhejjem (li huma s-suġġett tat-teħid tal-kampjuni) għat-tip ta’ salmonella kkonċernat b’rabta mal-età ta’ dawn il-bhejjem;

iv)

in-numru ta’ gallinari li juru riżultat pożittiv għas-salmonella b’rabta mal-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni applikabbli għat-tip ta’ salmonella kkonċernat;

v)

l-istorja tal-operat f’termini ta’ prevalenza tat-tip (żoonotiku) tas-salmonella misjuba?

3)

Jekk id-domanda 2(i) tingħata risposta fl-affermattiv, kemm għandu jingħata ħin lil operatur tas-settur tal-ikel sabiex jagħmel (jew jordna biex isir) teħid b’suċċess ta’ kampjuni u biex jibgħat ir-riżultati tat-testijiet ta’ dawn qabel ma l-awtorità kompetenti tipproċedi bl-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ segwitu irreversibbli wara d-dikjarazzjoni ta’ infezzjoni?


(1)  ĠU 2010, L 61, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 328, rettifika fil-ĠU 2019, L 133, p. 23.


Top