EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0475

Kawża C-475/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-15 ta’ Lulju 2022 – Maxi Mobility Spain SLU vs Comunidad de Madrid, Asociación Nacional del Taxi, Asociación Taxi Project 2.0

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-15 ta’ Lulju 2022 – Maxi Mobility Spain SLU vs Comunidad de Madrid, Asociación Nacional del Taxi, Asociación Taxi Project 2.0

(Kawża C-475/22)

(2022/C 472/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipal

Rikorrent: Maxi Mobility Spain SLU

Konvenuti: Comunidad de Madrid, Asociación Nacional tat-taxi, Asociación Taxi Project 2.0

Domandi preliminari

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola tqis li l-provvista ta’ servizz ta’ taxi hija forma ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier fl-interess ġenerali u għalhekk tissuġġetta lil dan is-servizz għal leġiżlazzjoni amministrattiva intensa sabiex jiġu ggarantiti l-għanijiet ta’ kwalità, ta’ protezzjoni tal-utenti, ta’ politika ta’ trasport u ta’ politika ambjentali, inkluż billi jiġu kkontrollati t-tariffi. Fid-dawl ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali,

1)

Huwa kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment il-fatt li jiġi impost fuq servizzi oħra ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier, bħalma huma l-vetturi privati bix-xufier (VPX), restrizzjonijiet suġġetti għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, sabiex jiġi ggarantit li dawn il-mudelli l-oħra tal-istess attività jkunu kompatibbli mat-taxis u kumplimentari għalihom?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, huwa kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment il-fatt li għas-servizzi ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier apparti mit-taxis, bħalma huma l-VPX, tiġi prevista l-miżura restrittiva speċifika li tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ proporzjon massimu ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbel mal-liċenzji tat-taxi, bħalma hija l-proporzjon ta’ VPX waħda għal kull tletin taxi stabbilita mil-leġiżlazzjoni Spanjola, li hija suġġetta għall-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-applikazzjoni speċifika tagħha mill-amministrazzjoni kompetenti?

3)

Il-miżura ta’ limitazzjoni tal-VPX għall-proporzjoni ta’ VPX waħda għal kull tletin liċenzja tat-taxi esposta fid-domanda preċedenti hija kompatibbli mal-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat prevista fl-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


Top