EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0756

Kawża C-756/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Diċembru 2021 – X vs International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Ireland u l-Attorney General

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Diċembru 2021 – X vs International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Ireland u l-Attorney General

(Kawża C-756/21)

(2022/C 472/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: X.

Konvenuti: International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Ireland u l-Attorney General

Domandi preliminari

1)

Fil-każ li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja minn applikant, kien hemm ksur totali tad-dmir ta’ kooperazzjoni deskritt fil-punt 66 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform and Ors, tat-22 ta’ Novembru 2012, (C-277/11) (1), EU:C:2012:744), l-eżami ta’ din l-applikazzjoni ġie mċaħħad “mill-effettività kollha” tiegħu fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, tal-15 ta’ Ottubru 2015 (C-137/14) (2)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ksur imsemmi iktar ’il fuq tad-dmir ta’ kooperazzjoni, jagħti, fih innifsu, id-dritt lill-applikant għall-annullament tad-deċiżjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, fuq min jaqa’, skont il-każ, l-oneru tal-prova sabiex jiġi stabbilit li d-deċiżjoni ta’ ċaħda setgħet tkun differenti li kieku kien hemm kooperazzjoni xierqa min-naħa tal-persuna li tiddeċiedi?

4)

In-nuqqas li tittieħed deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ta’ applikant f’terminu raġonevoli jagħti lok, favur dan tal-aħħar, ta’ dritt għal annullament ta’ deċiżjoni meta din tittieħed?

5)

Iż-żmien li jittieħed għat-twettiq ta’ bidliet fil-kuntest applikabbli għall-protezzjoni tal-applikanti għal ażil fi Stat Membru għandu l-effett li jeżenta lil dan l-Istat Membru mill-applikazzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni internazzjonali li tkun żgurat li deċiżjoni tiġi adottata fir-rigward ta’ tali applikazzjoni għal protezzjoni f’terminu raġonevoli?

6)

Meta persuna li tiddeċiedi dwar protezzjoni internazzjonali ma jkollhiex provi biżżejjed fir-rigward tal-istat tas-saħħa mentali ta’ applikant, iżda jkollha ċerti elementi li jistabbilixxu l-possibbiltà li l-applikant isofri minn problemi ta’ dan it-tip, din il-persuna li tiddeċiedi għandha, b’mod konformi mad-dmir ta’ kooperazzjoni msemmi fis-sentenza M. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform and Ors, tat-22 ta’ Novembru 2012 (C-277/11, EU:C:2012:744, punt 66), jew kwalunkwe bażi oħra, id-dmir li twettaq investigazzjonijiet ulterjuri, jew xi dmir ieħor, qabel ma tieħu deċiżjoni finali?

7)

Meta Stat Membru jwettaq id-dmir tiegħu li jevalwa l-elementi rilevanti ta’ applikazzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (3), huwa permess li jiġi ddikjarat li l-kredibbiltà ġenerali tal-applikant ma ġietx stabbilita, u dan minħabba gidba waħda, li ġiet spjegata u rtirata sussegwentement fl-ewwel opportunità raġonevoli disponibbli għalih, mingħajr ebda element ieħor f’dan ir-rigward?


(1)  EU:C:2012:744.

(2)  EU:C:2015:683.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti 2004, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


Top