EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0641

Kawża C-641/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 44 – Post ta’ tassazzjoni – Trasferiment ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Destinatarju involut fi frodi tal-VAT fil-kuntest ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet – Persuna taxxabbli li kienet taf jew kellha tkun taf bl-eżistenza ta’ din il-frodi)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich

(Kawża C-641/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 44 - Post ta’ tassazzjoni - Trasferiment ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Destinatarju involut fi frodi tal-VAT fil-kuntest ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet - Persuna taxxabbli li kienet taf jew kellha tkun taf bl-eżistenza ta’ din il-frodi)

(2022/C 472/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Climate Corporation Emissions Trading GmbH

Konvenut: Finanzamt Österreich

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008,

għandhom ikunu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li, fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi pprovduta minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru jqisu li l-post ta’ din il-provvista, li jinsab, skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2008/8, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, huwa madankollu meqjus li jinsab fl-ewwel Stat Membru meta l-fornitur kien jaf jew kellu jkun jaf li kien qiegħed jipparteċipa, permezz tal-imsemmija provvista, fi frodi tal-VAT imwettqa mid-destinatarju tal-istess provvista fil-kuntest ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet.


(1)  ĠU C 51, 31.01.2020.


Top