EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0542

Kawża C-542/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Mikrotīkls” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestatura 8517 – Subintestaturi 8517 70 11 u 8517 70 19 – Antenni għal apparati ta’ routing)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Mikrotīkls” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-542/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura 8517 - Subintestaturi 8517 70 11 u 8517 70 19 - Antenni għal apparati ta’ routing)

(2022/C 472/25)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Mikrotīkls” SIA

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

Is-subintestatura 8517 70 11 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal-31 ta’ Jannar 2000, hekk kif dan l-anness ġie emendat permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma tkoprix l-antenni għal apparati ta’ routing, li huma kkonfigurati għall-komunikazzjoni f’networks lokali (LAN) jew f’networks ta’ żona wiesgħa (WAN).


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


Top