Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0418

    Kawża C-418/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH vs Verband Sozialer Wettbewerb eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà tal-ikel – Prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 609/2013 – Artikolu 2(2)(g) – Regolament Delegat (UE) 2016/128 – Prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali – Rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra – Prodotti tal-ikel li jagħtu benefiċċju ġenerali lill-pazjent – Delimitazzjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH vs Verband Sozialer Wettbewerb eV

    (Kawża C-418/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà tal-ikel - Prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 609/2013 - Artikolu 2(2)(g) - Regolament Delegat (UE) 2016/128 - Prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali - Rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra - Prodotti tal-ikel li jagħtu benefiċċju ġenerali lill-pazjent - Delimitazzjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali)

    (2022/C 472/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH

    Konvenut: Verband Sozialer Wettbewerb eV

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra”,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    prodott jikkostitwixxi prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali jekk il-marda tikkawża rekwiżiti nutrizzjonali addizzjonali jew speċifiċi li l-prodott tal-ikel huwa intiż li jkopri, b’tali mod li ma huwiex biżżejjed, għall-finijiet ta’ tali klassifikazzjoni, li l-pazjent jikseb benefiċċju ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott tal-ikel peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu.


    (1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


    Top