EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0295

Kawża C-295/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Allianz Benelux SA vs État belge, SPF Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti – Direttiva 90/435/KEE – Artikolu 4(1) – Eżenzjoni fir-rigward ta’ kumpannija omm tad-dividendi mħallsa mis-sussidjarja tagħha – Trasferiment ta’ bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv lejn snin fiskali sussegwenti – Akkwist ta’ kumpannija li għandha bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv minn kumpannija oħra – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-trasferiment ta’ dawn il-bilanċi pożittivi lill-kumpannija li tkun qed takkwista)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Allianz Benelux SA vs État belge, SPF Finances

(Kawża C-295/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(1) - Eżenzjoni fir-rigward ta’ kumpannija omm tad-dividendi mħallsa mis-sussidjarja tagħha - Trasferiment ta’ bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv lejn snin fiskali sussegwenti - Akkwist ta’ kumpannija li għandha bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv minn kumpannija oħra - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-trasferiment ta’ dawn il-bilanċi pożittivi lill-kumpannija li tkun qed takkwista)

(2022/C 472/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz Benelux SA

Konvenuti: État belge, SPF Finances

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula li d-dividendi rċevuti minn kumpannija jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha qabel ma jitnaqqsu minnha sa 95 % mill-ammont tagħhom u li tippermetti, jekk ikun il-każ, li dan it-tnaqqis jiġi ttrasferit għas-snin taxxabbli sussegwenti, iżda li, madankollu, f’każ ta’ akkwist ta’ din il-kumpannija fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni, tillimita t-trasferiment ta’ dan it-tnaqqis lill-kumpannija li tkun qed takkwista b’mod proporzjonali għall-parti li tirrappreżenta l-assi netti fiskali tal-kumpannija li tkun qed tiġi akkwistata fit-total tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li tkun qed takkwista u tal-kumpannija li tkun qed tiġi akkwistata.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.


Top