EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0197

Kawża C-197/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Soda-Club (CO2) SA, SodaStream International BV vs MySoda Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt tat-trade marks – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 15(2) – Direttiva (UE) 2015/2436 – Artikolu 15(2) – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark – Ċilindri li fihom dijossidu tal-karbonju – Tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru mill-proprjetarju tat-trade mark – Attività ta’ rivenditur li tikkonsisti fil-mili u fit-tikkettar mill-ġdid taċ-ċilindri – Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark – Raġunijiet leġittimi sabiex tiġi opposta kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti li jkollhom fuqhom it-trade mark)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Soda-Club (CO2) SA, SodaStream International BV vs MySoda Oy

(Kawża C-197/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tat-trade marks - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 15(2) - Direttiva (UE) 2015/2436 - Artikolu 15(2) - Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark - Ċilindri li fihom dijossidu tal-karbonju - Tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru mill-proprjetarju tat-trade mark - Attività ta’ rivenditur li tikkonsisti fil-mili u fit-tikkettar mill-ġdid taċ-ċilindri - Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark - Raġunijiet leġittimi sabiex tiġi opposta kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti li jkollhom fuqhom it-trade mark)

(2022/C 472/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soda-Club (CO2) SA, SodaStream International BV

Konvenut: MySoda Oy

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-proprjetarju ta’ trade mark li kkummerċjalizza, fi Stat Membru, prodotti li kellhom fuqhom din it-trade mark u li huma intiżi li jintużaw mill-ġdid u li jimtlew mill-ġdid diversi drabi ma għandux id-dritt jopponi, skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dawn il-prodotti, f’dan l-Istat Membru, minn rivenditur li jimlihom mill-ġdid u li jissostitwixxi t-tikketta li kellha fuqha t-trade mark ta’ oriġini b’tikkettar ieħor, filwaqt li jħalli viżibbli t-trade mark oriġinali fuq l-imsemmija prodotti, sakemm dan it-tikkettar il-ġdid ma joħloqx l-impressjoni żbaljata, f’moħħ il-konsumaturi, li hemm rabta ekonomika bejn ir-rivenditur u l-proprjetarju tat-trade mark. Din il-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha tiġi evalwata globalment fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fuq il-prodott u fuq it-tikkettar il-ġdid tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-prattiki ta’ distribuzzjoni tas-settur ikkonċernat u tal-livell ta’ għarfien ta’ dawn il-prattiki mill-konsumaturi.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


Top