EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0111

Kawża C-111/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – BT vs Laudamotion GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montréal – Artikolu 17(1) – Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-każ ta’ mewt jew ta’ ferita fuq il-persuna subita minn passiġġier – Kunċett ta’ “ferita fuq il-persuna” – Disturb ta’ stress posttrawmatiku subit minn passiġġiera waqt l-evakwazzjoni urġenti ta’ ajruplan)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – BT vs Laudamotion GmbH

(Kawża C-111/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-każ ta’ mewt jew ta’ ferita fuq il-persuna subita minn passiġġier - Kunċett ta’ “ferita fuq il-persuna” - Disturb ta’ stress posttrawmatiku subit minn passiġġiera waqt l-evakwazzjoni urġenti ta’ ajruplan)

(2022/C 472/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BT

Konvenut: Laudamotion GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ferita psikika kkawżata lil passiġġier minħabba “inċident”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li ma hijiex marbuta ma’ “ferita fuq il-persuna”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, għandha tiġi kkumpensata bl-istess mod bħal tali ferita fuq il-persuna, sa fejn il-passiġġier li ssubixxa ferita juri l-eżistenza ta’ ħsara għall-integrità psikika tiegħu ta’ gravità jew ta’ intensità tali li taffettwa l-istat ta’ saħħa ġenerali tiegħu u li din ma tistax tmur mingħajr trattament mediku.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


Top